Home / News / Joħorġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb Back to News Joħorġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb Fondi • Other 6th December, 2017 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħabbar li l-bord tal-aġġudikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb 2017 iddeċieda u qabel dwar is-sottomissjonijiet rebbieħa għall-edizzjoni 2017 tal-Fond. Il-proġetti rebbieħa ntgħażlu skond sett ta’ kriterji determinati minn qabel, fosthom il-valur kulturali tal-pubblikazzjoni proposta u l-ħtieġa ta’ finanzjament minħabba n-natura speċjalizzata u mhux kummerċjali tal-proġett. Fi kliem ieħor, il-Fond għandu l-għan li jappoġġja proġetti kulturalment importanti li jeħtieġu finanzjament sabiex jiġu realizzati. Il-bord tal-aġġudikazzjoni kien magħmul minn tliet ġurati – Dr Norbert Bugeja, Aleks Farrugia u Prof Clare Vassallo. Ir-rapport tal-ġurati b’rakkomandazzjonijiet għal dawk li ma rnexxielhom jiksbu l-fondi se jintbagħtu lill-applikanti kollha fil-jiem li ġejjin. Li wieħed ma jirnexxilux jikkwalifika ma jfissirx li ma jistax japplika mill-ġdid bl-istess proġett jew proġett differenti meta terġa’ toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet. Wara l-proċess ta’ għażla u l-pubblikazzjoni tar-riżultati, il-NBC se jikkuntattja lill-applikanti rebbieħa għall-iffirmar ta’ kuntratti, l-għoti tal-fondi u ftehim fuq iż-żmien għat-twettiq tal-proġett. Dawn huma l-proġetti rebbieħa, li din id-darba huma kollha proġetti ta’ pubblikazzjoni. Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: Framed. A collection of poetry by Maria Grech Ganado Applikant: Maria Grech Ganado Għotja: € 3645.36 Tip ta’ Għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: Translation from Russian into English of the book A short topographical, historical, and political descritption of the island of Malta and the Sovereign Order of St John of Jerusalem written by Gregory Krayevsky in two parts in St. Petersburgh, by the Imperial Academy of Sciences, in the year 1800 Applikant: Joseph Schirò Għotja: € 5000.00 Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: Mibdul Applikant: Chris Gruppetta Għotja: € 5000.00 Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: The Maltese Cinderella and the women’s storytelling tradition Applikant: Veronica Veen Għotja: € 5000.00 Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: Building the frontier. Architecture in Malta between the 16th and the 17th century. Applikant: Armando Antista Għotja: € 5,000 Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: The Role and Symbolism of Flowers in Maltese Art Applikant: Joanne Micallef Għotja: € 4,000 Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: Siltiet mill-Metamorfosi – traduzzjoni ta’ siltiet minn Ovid. Applikant: Michael Zammit Għotja: € 4000.00 Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: L-Analetti ta’ Konfuċju – tradott miċ-Ċiniż għall-Malti minn Mark L Farrugia. Applikant: Joseph Borg Għotja: € 4000.00 Tip ta’ għotja: Pubblikazzjoni Titlu tal-proġett: Giuseppe Brincat: A Gozitan Wine Merchant Applikant: Michael Refalo Għotja: € 4000.00 Il-Kunsill jirringrazzja lill-ġurati msemmija hawn fuq, kif ukoll lill-kittieba, pubblikaturi u edituri li ppreżentaw proġetti għal dan il-Fond. SHARE POST Related Articles Ħareġ it-43 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 8th October, 2025 Read More Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More view all similar news
Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More