Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jippreżenta Abbozz ta’ Liġi lill-Ministru tal-Edukazzjoni Back to News Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jippreżenta Abbozz ta’ Liġi lill-Ministru tal-Edukazzjoni Other 8th June, 2021 Wara s-suċċess tal-Kungress Nazzjonali tal-Kittieba, li sar fid-29 ta’ Mejju 2021, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ippreżenta l-Att dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb lill-Ministru tal-Edukazzjoni, l-On. Justyne Caruana, bid-dispożizzjonijiet elettorali kif approvati mill-Kungress. Ix-xogħol fuq il-liġi kien diġà beda sa mill-ewwel Kungress Nazzjonali tal-Kittieba f’Settembru tal-2019 li eventwalment wassal għall-ħolqien tal-Att dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Att dwar ir-Riforma tad-Drittijiet tal-Awtur. Il-vot b’saħħtu favur elezzjonijiet demokratiċi għall-membri tal-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Kap Eżekuttiv tiegħu juri d-determinazzjoni ċara tal-awturi biex jagħrfu lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bħala entità awtonoma u jikkonsolidaw uffiċjalment din l-awtonomija permezz ta’ Att tal-Parlament. Flimkien mal-Att dwar ir-Riforma tad-Drittijiet tal-Awtur, l-Atti jinkludu dispożizzjonijiet relatati li jagħmluhom konformi mal-aħħar Direttivi u standards tal-UE. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb issa qiegħed jitlob formalment lill-Ministru tal-Edukazzjoni sabiex tiġi diskussa din il-liġi u tiġi mfittxa l-approvazzjoni tagħha. Aħna ħerqana għal diskussjonijiet mal-Gvern sabiex niżguraw l-iktar riżultat pożittiv minn dan il-proċess. L-Att dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jista’ jinqara hawn. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More