Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jippreżenta Abbozz ta’ Liġi lill-Ministru tal-Edukazzjoni Back to News Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jippreżenta Abbozz ta’ Liġi lill-Ministru tal-Edukazzjoni Other 8th June, 2021 Wara s-suċċess tal-Kungress Nazzjonali tal-Kittieba, li sar fid-29 ta’ Mejju 2021, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ippreżenta l-Att dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb lill-Ministru tal-Edukazzjoni, l-On. Justyne Caruana, bid-dispożizzjonijiet elettorali kif approvati mill-Kungress. Ix-xogħol fuq il-liġi kien diġà beda sa mill-ewwel Kungress Nazzjonali tal-Kittieba f’Settembru tal-2019 li eventwalment wassal għall-ħolqien tal-Att dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Att dwar ir-Riforma tad-Drittijiet tal-Awtur. Il-vot b’saħħtu favur elezzjonijiet demokratiċi għall-membri tal-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Kap Eżekuttiv tiegħu juri d-determinazzjoni ċara tal-awturi biex jagħrfu lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bħala entità awtonoma u jikkonsolidaw uffiċjalment din l-awtonomija permezz ta’ Att tal-Parlament. Flimkien mal-Att dwar ir-Riforma tad-Drittijiet tal-Awtur, l-Atti jinkludu dispożizzjonijiet relatati li jagħmluhom konformi mal-aħħar Direttivi u standards tal-UE. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb issa qiegħed jitlob formalment lill-Ministru tal-Edukazzjoni sabiex tiġi diskussa din il-liġi u tiġi mfittxa l-approvazzjoni tagħha. Aħna ħerqana għal diskussjonijiet mal-Gvern sabiex niżguraw l-iktar riżultat pożittiv minn dan il-proċess. L-Att dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jista’ jinqara hawn. SHARE POST Related Articles Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More