Home / News / Nitfgħu attenzjoni internazzjonali fuq is-settur Malti tal-ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Back to News Nitfgħu attenzjoni internazzjonali fuq is-settur Malti tal-ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Literary Exports • London Book Fair • News • Other 22nd January, 2026 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, bħala parti mill-ħidma internazzjonali tiegħu biex l-awturi, il-pubblikaturi u msieħba oħra fl-industrija tal-kotba jsibu posthom fis-swieqi internazzjonali tal-kotba, dis-sena se jkun qed jerġa’ jipparteċipa fil-London Book Fair. Matulha l-KNK ħa jkun qed jaħdem u jitkellem favur l-imsieħba letterarji kollha tiegħu permezz ta’ numru ta’ għodod u inizjattivi. Il-Fiera dis-sena se ssir bejn il-10 u t-12 ta’ Marzu fl-Olympia Kensington, u l-għan prinċipali ta’ dan l-avveniment huwa li jlaqqa’ lill-professjonisti tal-industrija tal-kotba mid-dinja kollha. Għahekk, dan huwa l-post eżatt fejn il-KNK għandu jkun sabiex ikabbar il-viżibbiltà tal-letteratura Maltija. Dan jagħmlu billi jibqa’ jipparteċipa sena wara sena, u anki billi jqassam il-verżjoni l-ġdida tal-katalgu ta’ drittijiet ta’ barra, Literature from Malta, fil-laqgħat ma’ msieħba internazzjonali. Bħal ta’ kull sena l-KNK se jkun qed jorganizza seminar waqt il-LBF, li se jesplora ir-realtajiet, l-opportunitajiet u l-ambizzjonijiet tal-pubblikazzjonijiet Maltin, kemm lokalment kif ukoll fuq skala internazzjonali. ‘Micro-markets, Major Voices: Strengthening Malta’s Small Island Publishing’ se jinżamm fl-10 ta’ Marzu bejn 12:30 u 13:15 ġewwa l-International Stage, u se jlaqqa’ flimkien lil grupp ta’ kelliema li bl-esperjenzi diretti tagħhom bħala msieħba ewlenin ħa jiffurmaw id-diskussjoni. Il-panel, immoderat minn Kat Storace (traduttriċi letterarja u pubblikatur – Praspar Press), ħa jkun magħmul minn Mark Camilleri (Kap Eżekuttiv, KNK), Glen Calleja (Awtur u pubblikatur – Kotba Calleja), Loranne Vella (awtriċi u pubblikatur – Aphroconfuso) u George Forster ta’ Comma Press, illi aktar tard dis-sena ħa jkunu qed iniedu l-antoloġija ta’ proża The Book of Valletta, b’kollaborazzjoni mal-KNK. Dan is-seminar ħa jiffoka fuq kif gżejjer żgħar bħal Malta ta’ spiss jiffaċċjaw sfidi partikolari fi ħdan l-ekosistema globali tal-pubblikazzjoni – suq domestiku limitat, riżorsi ristretti, lingwa partikolari, u distanza ġeografika miċ-ċentri ewlenin tal-industrija – u dan permezz tal-esperjenzi diretti ta’ xi wħud mill-imsieħba ewlenin tagħha. Imma swieq micro, bħal ta’ Malta, konstantament jipproduċu vuċijiet letterarji b’saħħithom, mudelli innovativi ta’ pubblikazzjoni, u xogħlijiet kulturali uniċi li jsaħħu l-pajsaġġ internazzjonali tal-ktieb. Barra minn dan, is-seminar joffri opportunità għal kollaborazzjonim inspirazzjoni u għarfien li minnu nistgħu nisiltu azzjonijiet dwar kif nistgħu niżguraw preżenza globali aktar b’saħħitha għal pajjiżna, kif ukoll ħa jkun it-tarġa għall-ewwel Konferenza Annwali dwar il-Ktieb li ħa tkun qed tinżamm f’Mejju ta’ din is-sena. Dan il-panel ħa jkun qiegħed ukoll jitfa’ dawl fuq inizjattivi tal-KNK, bħall-irwol tiegħu ta’ medjatur għad-drittijiet barranin, il-katalgu Literature from Malta, u l-Fond Malti tal-Ktieb, li lagħab parti importanti fl-elevazzjoni tal-letteratura Maltija barra minn xtutna. B’kollaborazzjoni mill-ġdid ma’ Visit Malta (Awtorità Maltija tat-Turiżmu), il-KNK ħa jkun qed ixejjer il-bandiera ta’ ‘Authentic Malta’ waqt il-London Book Fair, illi tpoġġi l-letteratura Maltija bħala punt fokali ieħor tal-kultura, l-istorja u l-wirt tal-pajjiż – li se titgawda kemm min-nies tal-lokal u anki l-viżitaturi tal-fiera. Wara d-debutt tas-sena li għaddiet fuq l-istand tal-KNK il-London Book Fair, din il-kollaborazzjoni ħa tkun estiża għal fieri u avvenimenti oħra, sabiex il-letteratura Maltija tilħaq aktar u aktar nies. Parti wkoll mill-inizjattiva Authentic Malta se jkunu l-Gutenberg Press, li se jikkontribwixxu biex jgħollu r-reputazzjoni ta’ Malta f’dak li għandhom x’jaqsmu l-kwalità, l-innovazzjoni u s-sostenibbiltà, biex anki s-sengħa Maltija tal-produzzjoni tal-kotba tkun fuq il-palk globali. L-illustraturi lokali wkoll se jkollhom iċ-ċans jipparteċipaw fil-London Book Fair grazzi għal kollaborazzjoni bejn il-KNK u l-Kunsill Malti għall-Arti. Permezz ta’ din l-inizjattiva erba’ parteċipanti li jintgħażlu se jingħataw sussidju għall-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni, kif ukoll biljett tad-dħul għall-fiera. Din l-inizjattiva se tgħin lill-artisti biex japprofittaw minn pjattaforma internazzjonali. L-għeluq tas-sottomissjonijiet huwa l-5 ta’ Frar 2026 f’nofsinhar, u wieħed jista’ jsib il-linji gwida u l-applikazzjonijiet hawn. Dawk l-awturi u l-pubblikaturi li bbukkjaw biljett għal-London Book Fair se jkunu jistgħu jattendu l-attivitajiet organizzati mill-KNK kif ukoll jistgħu jużaw il-faċilitajiet tal-istand tal-KNK biex jibbukkjaw il-laqgħat tagħhom. Bħal fl-imgħoddi, il-KNK qed joffri mill-ġdid biljetti tad-dħul lill-imsieħba kollha fuq bażi first-come, first served. L-applikazzjonijiet jagħlqu fis-6 ta’ Frar permezz ta’ Submittable. Iktar informazzjoni hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħerqan li jerġa’ jipparteċipa fl-edizzjoni ta’ dis-sena tal-London Book Fair, u anki li jilqa’ numru ta’ msieħba differenti mill-industrija tal-kotba Maltija bil-ħiliet differenti tagħhom u biċ-ċans li jiżviluppawhom u jsibu saqajhom fis-suq internazzjonali. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More Sejħa Għal Sottomissjonijiet Minn Illustraturi: Esebixxi L-Illustrazzjoni Tiegħek Fl-Istand Tal-KNK Waqt Il-London Book Fair (10-12 Ta’ Marzu) News 1st December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More view all similar news
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
Sejħa Għal Sottomissjonijiet Minn Illustraturi: Esebixxi L-Illustrazzjoni Tiegħek Fl-Istand Tal-KNK Waqt Il-London Book Fair (10-12 Ta’ Marzu) News 1st December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More