Home / News / Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Back to News Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi • Other 19th December, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed ifittex reċensuri li jiktbu bil-Malti għall-paġna letterarja tiegħu tul l-2026. Din il-paġna tiġi stampata fuq il-gazzetta ILLUM kull nhar ta’ Ħadd u ppubblikata online fuq is-sit tal-gazzetta ftit jiem wara. Bis-saħħa ta’ dil-paġna letterarja, il-KNK jimmira li jrawwem kultura letterarja b’saħħitha permezz ta’ analiżi kritika u argumenti ta’ sustanza. L-għan tal-paġna hu li tixgħel dawl fuq il-qagħda tal-letteratura Maltija fil-ġeneri diversi tagħha, dejjem b’suba’ fuq il-polz ta’ x’qed jiġi ppubblikat u diskuss fix-xena letterarja kurrenti. Barra minn hekk, bil-paġna letterarja tiegħu l-KNK ta’ kull ġimgħa jistieden lill-pubbliku jaqra dwar il-letteratura u l-kittieba tiegħu, b’lingwaġġ aċċessibbli li madankollu mhuwiex sempliċi jew tal-wiċċ. X’Nistennew mir-Reċensur 🖋️ Artiklu bil-Malti ta’ 800 kelma darba kull tliet ġimgħat, li għandu jiġi sottomess fil-ħin. 🖋️ Artikli dwar: i) ktieb letterarju jew ta’ ġeneru ieħor li jġorr ISBN Malti; jew, ii) diskussjoni tematika jew aħbarijiet mid-dinja tal-kotba f’rabta mal-kuntest Malti. 🖋️ Argumenti b’saħħithom mibnija fuq analiżi letterarja ta’ qari mill-qrib tat-test, li jistgħu jinkludu wkoll kummentarju usa’ dwar il-kultura letterarja Maltija. 🖋️ Kitba mirquma u vuċi distintiva li ma toqgħodx lura mill-kritika kostruttiva, li fl-istess ħin tasal u tinftiehem mill-qarrejja tal-gazzetta u l-mezzi soċjali. Tista’ taqra l-linji gwida tar-reċensuri fl-intier tagħhom hawnhekk. X’Qed Noffru lir-Reċensur 📓 Ħlas ta’ €150 (VAT eskluża) għal kull reċensjoni. 📓 Kuntratt ta’ sena li jibda minn Jannar 2026 sa Diċembru 2026. 📓 Somma ta’ flus għax-xiri tal-kotba (€50 għal kull tliet reċensjonijiet). Kif Tapplika Jekk jogħġbok ressaq l-applikazzjoni tiegħek billi tidħol hawnhekk. ✍️ Bijonota ta’ bejn 20-30 kelma. ✍️ Is-CV tiegħek. ✍️ Ittra qasira ta’ motivazzjoni. ✍️ Reċensjoni/jiet li ġew ippubblikati, jew kampjun/i ta’ 800 kelma (minimu ta’ waħda, massimu ta’ tlieta). Għeluq tas-Sottomissjonijiet Dis-sejħa tagħlaq nhar il-Ħadd 18 ta’ Jannar 2026 f’nofsillejl. Il-Proċess tal-Għażla Is-sottomissjonijiet se jiġu evalwati skont damma ta’ kriteriji, li jinkludu: 🌟 Is-sengħa tal-kitba. 🌟 Id-distintività fil-vuċi. 🌟 Is-sustanza tal-kritika letterarja. Jekk tixtieq tieħu idea tat-tip ta’ kitba li qed infitxxu, mur fis-sezzjoni tal-Arti fuq l-ILLUM billi tfittex l-artikli mmarkati ‘Kotba’. Għal aktar informazzjoni, ibgħat email lil Matthew Borg fuq matthew.borg@ktieb.org.mt. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More