Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir qed iħabbar li l-bord tal-aġġudikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb 2021 iddeċieda u qabel dwar is-sottomissjonijiet rebbieħa għal din l-edizzjoni tal-Fond.

L-għan ewlieni tal-fond huwa li jissussidja pubblikazzjonijiet ta’ kwalità u li jeħtieġu l-fondi sabiex jiġu ppubblikati, pubblikazzjonijiet li mhumiex meqjusa bħala kummerċjalment vijabbli, u li għandhom valur kulturali. Il-proġetti rebbieħa ntgħażlu skont damma ta’ kriterji mfassla minn qabel, fosthom il-valur kulturali tal-pubblikazzjoni proposta, u l-ħtieġa tal-finanzjament minħabba n-natura speċjalizzata u mhux kummerċjali tal-proġett.

Il-bord tal-aġġudikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb 2021 kien magħmul minn tliet aġġudikaturi – Is-Sinjura Maria Giuliana Fenech, Prof. Yosanne Vella, u Dr Toni Sant.

Kien hemm kwalità għolja ħafna fis-sottomissjonijiet għal din l-edizzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb fit-tliet kategoriji kollha, kif ukoll varjetà ta’ ġeneri, partikolarment fil-kategorija tal-Għotjiet għall-Pubblikazzjoni. L-aġġudikaturi eżaminaw kull applikazzjoni skont is-sħuħija tagħha, l-ispiża ta’ kull proġett, il-vijabilità, u l-valur kulturali. Wara analiżi bir-reqqa tal-aspetti kollha ta’ kull applikazzjoni sottomessa, taw il-marki lil kull proposta b’mod indipendenti.

Id-data tal-iskadenza għas-sottomissjonijiet kienet it-30 ta’ Ġunju, u t-tliet aġġudikaturi ħadmu b’mod indipendenti fuq l-istess settijiet ta’ applikazzjonijiet sas-26 ta’ Lulju, sakemm qasmu ma’ xulxin l-ewwel reazzjonijiet evalwattivi tagħhom. Matul l-ewwel ġimgħa ta’ Awwissu t-tliet folji evalwattivi u indipendenti ngħaqdu f’waħda u fid-9 ta’ Awwissu r-rapport u l-lista finali tal-benefiċjarji waslu għand il-KNK. Il-parti l-kbira tal-benefiċjarji ġew allokati lilhom fondi intieri, sabiex jippermettu l-pubblikazzjoni ta’ kull proġett iffinanzjat.

Tajjeb li wieħed jinnota li, minħabba li kull għotja kellha massimu ta’ fondi allokati għaliha (€ 50,000 għall-Għotjiet għall-Pubblikazzjoni, € 40,000 għat-Traduzzjonijiet mill-Malti għal lingwi oħra, u € 15,000 għal Traduzzjonijiet għall-Malti) u anki għaliex xi proposti marru aħjar minn oħrajn billi ssodisfaw ir-regolamenti, ġie deċiż li xi proġetti jingħataw fondi parzjali, jiġifieri ngħataw inqas fondi minn kemm kienu oriġinarjament mitluba mill-applikant. Peress li dal-proġetti xorta tqiesu li għandhom valur kulturali sinjifikanti, il-bord tal-aġġudikaturi tahom parti minn dak li talbu bil-ħsieb li dan jgħinhom jiġu ppubblikati xorta waħda.

Importanti jiġi nnutat ukoll li jekk wieħed ma rnexxilux jikkwalifika għall-fondi did-darba ma jfissirx li ma jistax japplika mill-ġdid bl-istess proġett jew bi proġett differenti meta terġa’ toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet.

Wara l-proċess tal-għażla u l-pubblikazzjoni tar-riżultati, il-KNK se jikkuntattja lill-applikanti rebbieħa biex jiffirmaw il-kuntratt tal-benefiċjarju, jingħadda lilhom il-fond, u jsir il-ftehim fuq iż-żmien għat-twettiq tal-proġett. Il-kotba għandhom jiġu ppubblikati fi tmintax-il xahar minn meta l-applikanti jiffirmaw il-kuntratt.

Il-proġetti rebbieħa skont il-kategorija tal-Fond, bl-isem tal-benefiċjarju u l-ammont mogħti tista’ tarahom mit-tabelli hawn taħt:

Għotjiet għall-Publikazzjoni

Applikant // ApplicantIt-titlu tal-proġett // Project titleFond allokat // Funds allocated
Evelyn PullicinoBreaking the Law in Nineteenth-century Malta5000
Fabrizio EllulSarangu - A Maltese Folktale3300
Claudia GauciMax-Xatt tat-Tamarisk5000
Charles BriffaIl-Ġrajja Ssir Kelma: Ngħarrxu fl-Imgħoddi u l-Preżent4500
Alex Vella GregoryCodex Melitensis: Ġabra ta' Riflessjonijiet Poetiċi Miktuba Waqt il-Mixja tal-Camino de Santiago3310
Marlon ChircopFil-Ħajja li Jmiss u Drammi Oħra tat-Triq3093
Zvezdan ReljicMarta, Marta!5000
Rita SalibaMinn Wara l-Ħġieġ: Ġabra ta' Poeżiji3500
Albert MarshallTeatru, Teatrin, Buzzetti u Skizzi oħra Teatrali5000
Gordon PisaniThe Darmanin Artists - Thriving in a British Colony5000
Joseph MizziMdina Recollections - A Journey Through the Centuries3650
Joseph BugejaIl-Bijografija ta' Salvu Bugeja: Artist Nazzjonali, Skultur u Mużiċist3647

Għotjiet għat-Traduzzjoni – Kat. 1 Traduzzjoni ta’ kotba Maltin

Applikant // ApplicantIt-titlu tal-proġett // Project titleFond allokat // Funds allocated
Dejan Matić'L-Aqwa Żmien' / 'The best of times' by Immanuel Mifsud into Serbian using English as a bridge language4290
Arnold CassolaTraduzzjoni ta’ Suleyman the Magnificent and Malta 1565 għall-Franċiż3800
Maria Cecilia CastagnaAn Italian translation of 'Kissirtu Kullimkien' by Lara Calleja3250
Immanuel MifsudTraduzzjoni għall-Ingliż tal-ktieb 'Fid-dlam tal-lejl ħarisna'4800
Gezim TafaImmanuel Mifusd's 'L-Aqwa Żmien' translated into Albanian1980
Lara Calleja'Kissirtu Kullimkien' to be translated into English by Clare Vassallo and used as bridge3250
Julijana Velichkovska-Dimoska'Around Two and a Half Hours Away From Heaven' by Immanuel Mifsud into the Macedonian Language2640
Yana PsailaAntoloġija tan-Novella Moderna Maltija (traduzzjoni ta' 22 novella)4873.60
Charles Casha'A Book for Amy' - translation of the novel 'Ktieb Għal Amy' (KKM,1999)2500
Nestoras Poulakos'In the Name of the Father (and of the son)' translated into Greek5000
Hrant AleksanyanImmanuel Mifsud's 'Jutta Heim' translated into Armenian3616.40

Għotjiet għat-Traduzzjoni – Kat. 2 Traduzzjoni għall-Malti

Applikant // ApplicantIt-titlu tal-proġett // Project titleFond allokat // Funds allocated
Joseph PulèPierre u Jean: It-traduzzjoni mill-Franċiż tar-rumanz 'Pierre et Jean' ta' Guy de Maupassant3725
Toni AquilinaIt-traduzzjoni ta' 'L'exil et le Royaume' ta' Albert Camus5000
Mark VellaTraduzzjoni mit-Taljan għall-Malti tar-rumanz ta' Irene Chias, 'Fiore d'agave, fiore di scimmia' (Laurana, 2020)4500
Kit AzzopardiIt-traduzzjoni ta' 'House in Limbo' ta' Mary Grima1760

Share Article