Home / News / Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2021 back to news Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2021 Fond Malti tal-Ktieb • Fondi • Inizjattivi • Other 16th August, 2021 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir qed iħabbar li l-bord tal-aġġudikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb 2021 iddeċieda u qabel dwar is-sottomissjonijiet rebbieħa għal din l-edizzjoni tal-Fond. L-għan ewlieni tal-fond huwa li jissussidja pubblikazzjonijiet ta’ kwalità u li jeħtieġu l-fondi sabiex jiġu ppubblikati, pubblikazzjonijiet li mhumiex meqjusa bħala kummerċjalment vijabbli, u li għandhom valur kulturali. Il-proġetti rebbieħa ntgħażlu skont damma ta’ kriterji mfassla minn qabel, fosthom il-valur kulturali tal-pubblikazzjoni proposta, u l-ħtieġa tal-finanzjament minħabba n-natura speċjalizzata u mhux kummerċjali tal-proġett. Il-bord tal-aġġudikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb 2021 kien magħmul minn tliet aġġudikaturi – Is-Sinjura Maria Giuliana Fenech, Prof. Yosanne Vella, u Dr Toni Sant. Kien hemm kwalità għolja ħafna fis-sottomissjonijiet għal din l-edizzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb fit-tliet kategoriji kollha, kif ukoll varjetà ta’ ġeneri, partikolarment fil-kategorija tal-Għotjiet għall-Pubblikazzjoni. L-aġġudikaturi eżaminaw kull applikazzjoni skont is-sħuħija tagħha, l-ispiża ta’ kull proġett, il-vijabilità, u l-valur kulturali. Wara analiżi bir-reqqa tal-aspetti kollha ta’ kull applikazzjoni sottomessa, taw il-marki lil kull proposta b’mod indipendenti. Id-data tal-iskadenza għas-sottomissjonijiet kienet it-30 ta’ Ġunju, u t-tliet aġġudikaturi ħadmu b’mod indipendenti fuq l-istess settijiet ta’ applikazzjonijiet sas-26 ta’ Lulju, sakemm qasmu ma’ xulxin l-ewwel reazzjonijiet evalwattivi tagħhom. Matul l-ewwel ġimgħa ta’ Awwissu t-tliet folji evalwattivi u indipendenti ngħaqdu f’waħda u fid-9 ta’ Awwissu r-rapport u l-lista finali tal-benefiċjarji waslu għand il-KNK. Il-parti l-kbira tal-benefiċjarji ġew allokati lilhom fondi intieri, sabiex jippermettu l-pubblikazzjoni ta’ kull proġett iffinanzjat. Tajjeb li wieħed jinnota li, minħabba li kull għotja kellha massimu ta’ fondi allokati għaliha (€ 50,000 għall-Għotjiet għall-Pubblikazzjoni, € 40,000 għat-Traduzzjonijiet mill-Malti għal lingwi oħra, u € 15,000 għal Traduzzjonijiet għall-Malti) u anki għaliex xi proposti marru aħjar minn oħrajn billi ssodisfaw ir-regolamenti, ġie deċiż li xi proġetti jingħataw fondi parzjali, jiġifieri ngħataw inqas fondi minn kemm kienu oriġinarjament mitluba mill-applikant. Peress li dal-proġetti xorta tqiesu li għandhom valur kulturali sinjifikanti, il-bord tal-aġġudikaturi tahom parti minn dak li talbu bil-ħsieb li dan jgħinhom jiġu ppubblikati xorta waħda. Importanti jiġi nnutat ukoll li jekk wieħed ma rnexxilux jikkwalifika għall-fondi did-darba ma jfissirx li ma jistax japplika mill-ġdid bl-istess proġett jew bi proġett differenti meta terġa’ toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet. Wara l-proċess tal-għażla u l-pubblikazzjoni tar-riżultati, il-KNK se jikkuntattja lill-applikanti rebbieħa biex jiffirmaw il-kuntratt tal-benefiċjarju, jingħadda lilhom il-fond, u jsir il-ftehim fuq iż-żmien għat-twettiq tal-proġett. Il-kotba għandhom jiġu ppubblikati fi tmintax-il xahar minn meta l-applikanti jiffirmaw il-kuntratt. Il-proġetti rebbieħa skont il-kategorija tal-Fond, bl-isem tal-benefiċjarju u l-ammont mogħti tista’ tarahom mit-tabelli hawn taħt: Għotjiet għall-Publikazzjoni Applikant // ApplicantIt-titlu tal-proġett // Project titleFond allokat // Funds allocated Evelyn PullicinoBreaking the Law in Nineteenth-century Malta5000 Fabrizio EllulSarangu - A Maltese Folktale3300 Claudia GauciMax-Xatt tat-Tamarisk5000 Charles BriffaIl-Ġrajja Ssir Kelma: Ngħarrxu fl-Imgħoddi u l-Preżent4500 Alex Vella GregoryCodex Melitensis: Ġabra ta' Riflessjonijiet Poetiċi Miktuba Waqt il-Mixja tal-Camino de Santiago3310 Marlon ChircopFil-Ħajja li Jmiss u Drammi Oħra tat-Triq3093 Zvezdan ReljicMarta, Marta!5000 Rita SalibaMinn Wara l-Ħġieġ: Ġabra ta' Poeżiji3500 Albert MarshallTeatru, Teatrin, Buzzetti u Skizzi oħra Teatrali5000 Gordon PisaniThe Darmanin Artists - Thriving in a British Colony5000 Joseph MizziMdina Recollections - A Journey Through the Centuries3650 Joseph BugejaIl-Bijografija ta' Salvu Bugeja: Artist Nazzjonali, Skultur u Mużiċist3647 Għotjiet għat-Traduzzjoni – Kat. 1 Traduzzjoni ta’ kotba Maltin Applikant // ApplicantIt-titlu tal-proġett // Project titleFond allokat // Funds allocated Dejan Matić'L-Aqwa Żmien' / 'The best of times' by Immanuel Mifsud into Serbian using English as a bridge language4290 Arnold CassolaTraduzzjoni ta’ Suleyman the Magnificent and Malta 1565 għall-Franċiż3800 Maria Cecilia CastagnaAn Italian translation of 'Kissirtu Kullimkien' by Lara Calleja3250 Immanuel MifsudTraduzzjoni għall-Ingliż tal-ktieb 'Fid-dlam tal-lejl ħarisna'4800 Gezim TafaImmanuel Mifusd's 'L-Aqwa Żmien' translated into Albanian1980 Lara Calleja'Kissirtu Kullimkien' to be translated into English by Clare Vassallo and used as bridge3250 Julijana Velichkovska-Dimoska'Around Two and a Half Hours Away From Heaven' by Immanuel Mifsud into the Macedonian Language2640 Yana PsailaAntoloġija tan-Novella Moderna Maltija (traduzzjoni ta' 22 novella)4873.60 Charles Casha'A Book for Amy' - translation of the novel 'Ktieb Għal Amy' (KKM,1999)2500 Nestoras Poulakos'In the Name of the Father (and of the son)' translated into Greek5000 Hrant AleksanyanImmanuel Mifsud's 'Jutta Heim' translated into Armenian3616.40 Għotjiet għat-Traduzzjoni – Kat. 2 Traduzzjoni għall-Malti Applikant // ApplicantIt-titlu tal-proġett // Project titleFond allokat // Funds allocated Joseph PulèPierre u Jean: It-traduzzjoni mill-Franċiż tar-rumanz 'Pierre et Jean' ta' Guy de Maupassant3725 Toni AquilinaIt-traduzzjoni ta' 'L'exil et le Royaume' ta' Albert Camus5000 Mark VellaTraduzzjoni mit-Taljan għall-Malti tar-rumanz ta' Irene Chias, 'Fiore d'agave, fiore di scimmia' (Laurana, 2020)4500 Kit AzzopardiIt-traduzzjoni ta' 'House in Limbo' ta' Mary Grima1760 SHARE POST Related Articles Il-Fond Malti tal-Ktieb jimxi totalment online u jiżdied fl-allokazzjoni għall-2025 Fondi 17th March, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More view all similar news
Il-Fond Malti tal-Ktieb jimxi totalment online u jiżdied fl-allokazzjoni għall-2025 Fondi 17th March, 2025 Read More
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More