Home / News / Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Back to News Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed jistieden lil dawk il-poeti li jiktbu bil-Malti sabiex jissottomettu xogħolhom għall-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Lulju. Il-Konkors issa jinsab fit-8 edizzjoni tiegħu mindu tnieda fl-2019 mill-KNK, u l-għan tiegħu hu li joffri pjattaforma nazzjonali għall-poeżija u fl-istess ħin jiċċelebra t-talent kontemporanju f’dal-qasam. Il-KNK jappunta bord ta’ aġġudikazzjoni indipendenti, li jara l-poeżiji kollha b’mod anonimu u jivvalutahom skont damma ta’ kriterji. Dawn huma l-oriġinalità, l-eċċellenza fit-teknika, il-forma, il-lessiku, u l-livell ta’ effettività li bih il-poeżija tilħaq livell letterarju mixtieq. Jingħataqw tliet premji; għall-poeżija rebbieħa bi premju monetarju ta’ €1,000, u għat-tieni u t-tielet post bi premju ta’ €500 u €200 rispettivament. Ir-rebbieħa tal-Konkors jitħabbru waqt serata uffiċjali fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025, li dis-sena se jsir bejn l-4 u t-8 ta’ Novembru l-MFCC, Ta’ Qali. L-applikanti mitluba jissottomettu poeżija waħda bil-Malti li qatt ma kienet ippubblikata u li ma taqbiżx is-36 linja. Kull min hu interessat imħeġġeġ jaqra l-linji gwida tal-Konkors, li tista’ ssibhom fis-sit il-ġdid tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Id-data għall-għeluq tas-sottomissjonijiet hi l-14 ta’ Lulju, u l-poeżiji jridu jintbagħtu online minn din l-applikazzjoni hawnhekk. SHARE POST Related Articles Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More view all similar news
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More