Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir qed iħabbar li l-Bord tal-Aġġudikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb 2022 iddeċieda u qabel dwar is-sottomissjonijiet rebbieħa għal din l-edizzjoni tal-Fond. Se jkunu qed jieħdu l-fondi 29 proġett bejn proġetti ta’ pubblikazzjoni u oħrajn ta’ traduzzjoni.

L-għan ewlieni tal-għotjiet differenti fil-fond huwa li jissussidja proġetti għal kotba li għandhom valur kulturali imma jeħtieġu l-għajnuna minħabba nuqqas ta’ vijabbiltà kummerċjali. Il-proġetti rebbieħa ntgħażlu skont damma ta’ kriterji mfassla minn qabel, fosthom il-valur kulturali u edukattiv tal-pubblikazzjoni proposta, u l-ingaġġ mas-suq tal-pubblikazzjoni u l-udjenza mira.

Il-Bord tal-Aġġudikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb 2022 kien magħmul minn Simone Inguanez, Dr Mario Aquilina, Dr Mario Thomas Vassallo u Katryna Storace. Dawn raw l-applikazzjonijiet kollha indipendentement, skont kriterji bħas-sħuħija tal-applikazzjoni, l-attwazzjoni tal-proġett u l-mertu kulturali. L-applikazzjonijiet jistgħu jirċievu fondi daqs kemm talbu, jew parzjalment.

L-aġġudikanti nnutaw li bħala regola ġenerali l-kwalità tal-proġetti sottomessi kienet għolja, li deher ukoll mill-fatt li bosta minnhom ġabu l-marka minima eliġibbli għalbiex tingħata l-fond, jiġifieri 60. Tkellmu wkoll dwar dawk l-applikazzjonijiet li ma kinux mirfuda minn siltiet mill-proġett propost u kif dawn kellhom inqas ċans minn ħaddieħor biex jieħdu l-fond, kif ukoll, u dawn l-aktar għal proġetti tat-traduzzjoni, li dawk l-applikazzjonijiet li inkludew pjan iddettaljat dwar is-suq mira u d-distribuzzjoni marru aħjar minn oħrajn.

Sad-data tal-għeluq għas-sottomissjonijiet fit-30 ta’ Ġunju, il-Fond Malti tal-Ktieb 2022 irċieva 74 sottomissjoni eliġibbli mifruxa fil-fergħat differenti. Il-baġit totali kien ta’ €120,000, li nqasmu f’€50,000 għall-Għotjiet għall-Pubblikazzjoni ta’ Kotba Ġodda, €10,000 għall-Għotjiet għal Edizzjonijiet Ġodda ta’ Kotba mhux fl-Istampa, €55,000 għall-Għotjiet għat-Traduzzjoni u €5,000 għall-Għotjiet għat-Traduzzjoni ta’ Silta minn Ktieb bħala Pitch.

Kull għotja tista’ twieżen sa 100% tal-proġett propost u sa massimu ta’ €5,000 f’kull fergħa, tneħħi dawk fl-Għotjiet għat-Traduzzjoni ta’ Silta minn Ktieb bħala Pitch, li jistgħu jingħataw sa €500 kull proposta. Sabiex jiġi assigurat li l-Fond iwieżen kemm jista’ jkun proġetti li jkun ħaqqhom u li l-flus jintużaw kollha, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirriżerva d-dritt li jmexxi fondi mhux utilizzati minn fergħa għal oħra.

Importanti jiġi nnutat ukoll li jekk wieħed ma rnexxilux jikkwalifika għall-fondi did-darba ma jfissirx li ma jistax japplika mill-ġdid bl-istess proġett jew bi proġett differenti meta terġa’ toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet.

Il-KNK se jkun qed jikkuntattja lill-applikanti li ħadu l-fondi sabiex jiffirmaw il-kuntratt, li jagħtihom ċans 18-il xahar sabiex jitlesta l-proġett.

Il-proġetti rebbieħa skont il-kategorija tal-Fond, bl-isem tal-benefiċjarju u l-ammont mogħti tista’ tarahom mit-tabelli t’hawn taħt:

Għotjiet għall-Pubblikazzjoni ta’ Kotba Ġodda

Applikant
Applicant
It-titlu tal-proġett
Project title
Pubblikatur
Publisher
Fond allokat
Funds allocated
Immanuel MifsudMafkar ta' Poeżiji lil Daphne Caruana Galizia: ġabra ta' xogħlijiet li jagħtu ġieh lil din il-ġurnalista assassinata fl-2017PEN Malta2454
Antoinette BorgPubblikazzjoni ta' ktieb divertenti dwar l-istorja tal-ilsien MaltiMerlin Publishers4940
Jurgen R. GattA Companion to Joseph Demnarco's De Chocolata (1760).Kite Group5000
Robert AttardGefallen, the War Letters of Fräulein M : Tobruk, the Medirerranean, Russia, Normandy & the Defence of the ReichAwtoppubblikat
Self-published
5000
Mark CamilleriResearch on Juan Bautista Azopardo and publication of his biographyDar Camilleri5000
David BezzinaPassport to Vice by Matthew VellaHorizons4850
Paul P. BorgRużar Briffa - U Jiena: ktieb ġdid ta' riċerka dwar is-sors tan-niket fil-ħajja u l-poeżija tal-poeta - ir-relazzjoni tal-awtur mieghuAwtoppubblikat
Self-published
5000
Kevin AquilinaPrinciples of Maltese Public Law - An ExegesisMidsea5000
Anthony Gatt, Mark Sagona, Abner CassarElecticism and the Baroque Revival in Malta - Abramo Gatt (1863-1944): Master of the Decorative ArtsMidsea Books5000
Stephen GattA Journey in Balzan: An Immersive and Illustrated Guide of the Balzan village through Its Local Social MemoryAwtoppubblikat
Self-published
1350
Carmel SciclunaMin jogħdos bla maskra. Ġabra ta' madwar 60 poeżija, b'ħames taqsimietHorizons1400
Nicholas BugejaSexuality and LegacyMidsea Books5000
Noel ButtigiegBread and Bakers in Eighteenth Century MaltaMidsea4920
Gabriel Grioli*Manwal għall-Qari tal-Provi: manwal li jittratta b'reqqa s-sengħa tal-qarrej tal-provi, u li fih nispeċjalizza fuq il-qari tal-provi tal-lingwa MaltjaBDL1053

*Gabriel Grioli ngħata l-fond parzjali ta’ 1,053 Euros wara li Mark Vella m’aċċettax il-fond mogħti lilu (ara Għotjiet għat-Traduzzjoni Kat 2).

Għotjiet għal Edizzjonijiet Ġodda ta’ Kotba mhux fl-Istampa

Applikant
Applicant
It-titlu tal-proġett
Project title
Pubblikatur
Publisher
Fond allokat
Funds allocated
Joseph BorgL-IblehSKS Publishers5,000
Akkademja tal-MaltiSensiela Letteratura Klassika Maltija: Il-Fidwa tal-Bdiewa ta' Ninu CremonaMidsea Books5,000

Għotjiet għat-Traduzzjoni Kat 1: Traduzzjoni ta’ Kotba Maltin

Applikant
Applicant
It-titlu tal-proġett
Project title
Pubblikatur
Publisher
Fond allokat
Funds allocated
Dejan MatićTranslation into Serbian of Kissirtu Kullimkien by Lara Calleja using an English bridge translationTreći Trg4,388
Norbert BugejaTranslation into Arabic of seventy selected poems from Norbert Bugeja's collections Nartiċi and Insa li Mhijiex Hawn using a French bridge translationNirvana Editions3,300
Mohamed El BaalyTranslation and publication of Bejn Baħar u Baħar by Elizabeth Grech into ArabicSefsafa Culture & Publishing5,000
Hrant AleksanyanTranslation and publication of Vespers by Trevor Zahra into ArmenianVogi-Nairi Arts Center5,000
Gezim TafaTranslation and publication of The Swans at St. Ives And Other Stories by Charles Casha into AlbanianOmbra GVG Publishing House4,160
Hemant Dayanand DivateTranslation of Bejn Baħar u Baħar by Elizabeth Grech into EnglishPaperwall Publishing5,000
Mark Anthony Sammut SassiTraduzzjoni mill-Malti għall-Għarbi tar-rumanz ta' Frans Sammut Paceville maħruġ f'Malta fl-1991The Pertinent Press3,000
Joanne MicallefIn Tune with City Life: Translation into English of Rena Balzan's Fiż-Żifna ta' l-IblietFaraxa Publishing5,000

Għotjiet għat-Traduzzjoni Kat 2: Traduzzjonijiet għall-Malti

Applikant
Applicant
It-titlu tal-proġett
Project title
Pubblikatur
Publisher
Fond allokat
Funds allocated
Warren BartoloIl-Frammenti ta' Saffo. Dan il-proġett jiffoka fuq it-traduzzjoni tal-poeżija ta' Saffo mill-Grieg Antik għall-Malti, b'introduzzjoni u kummentarjuEde Books5,000
Antoinette BorgTranslation of Il Cane di Terracotta by Andrea Camilleri into MalteseMerlin Publishers5,000
Joanne MicallefTranslation of Notes on the Flesh / Noti fuq id-Demm u l-Laħam by Shahd Alshammari into MalteseFaraxa Publishing3685
Anthony AquilinaTraduzzjoni ta' La Nuit de Feu / “Lejl in-Nar" ta' Éric-Emmanuel Schmitt into MalteseFaraxa Publishing5,000
Mark Vella*It-traduzzjoni ta' The Confectioner's Daughter ta' Lou Drofenik mill-Ingliż għall-MaltiHorizons1053

*Il-fond li kellu jmur għand Mark Vella għadda għand Gabriel Grioli (ara Għotjiet għall-Pubblikazzjoni ta’ Kotba Ġodda).

Għotjiet għat-Traduzzjoni ta’ Silta minn Ktieb bħala Pitch

Applikant
Applicant
It-titlu tal-proġett
Project title
Fond allokat
Funds allocated
Antoinette BorgTraduzzjoni ta' silta minn Amina ta' Antoinette Borg għall-Ingliż500

Share Article