Home / News / Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2022 back to news Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2022 Fond Malti tal-Ktieb • Fondi • Inizjattivi • Other 24th August, 2022 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir qed iħabbar li l-Bord tal-Aġġudikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb 2022 iddeċieda u qabel dwar is-sottomissjonijiet rebbieħa għal din l-edizzjoni tal-Fond. Se jkunu qed jieħdu l-fondi 29 proġett bejn proġetti ta’ pubblikazzjoni u oħrajn ta’ traduzzjoni. L-għan ewlieni tal-għotjiet differenti fil-fond huwa li jissussidja proġetti għal kotba li għandhom valur kulturali imma jeħtieġu l-għajnuna minħabba nuqqas ta’ vijabbiltà kummerċjali. Il-proġetti rebbieħa ntgħażlu skont damma ta’ kriterji mfassla minn qabel, fosthom il-valur kulturali u edukattiv tal-pubblikazzjoni proposta, u l-ingaġġ mas-suq tal-pubblikazzjoni u l-udjenza mira. Il-Bord tal-Aġġudikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb 2022 kien magħmul minn Simone Inguanez, Dr Mario Aquilina, Dr Mario Thomas Vassallo u Katryna Storace. Dawn raw l-applikazzjonijiet kollha indipendentement, skont kriterji bħas-sħuħija tal-applikazzjoni, l-attwazzjoni tal-proġett u l-mertu kulturali. L-applikazzjonijiet jistgħu jirċievu fondi daqs kemm talbu, jew parzjalment. L-aġġudikanti nnutaw li bħala regola ġenerali l-kwalità tal-proġetti sottomessi kienet għolja, li deher ukoll mill-fatt li bosta minnhom ġabu l-marka minima eliġibbli għalbiex tingħata l-fond, jiġifieri 60. Tkellmu wkoll dwar dawk l-applikazzjonijiet li ma kinux mirfuda minn siltiet mill-proġett propost u kif dawn kellhom inqas ċans minn ħaddieħor biex jieħdu l-fond, kif ukoll, u dawn l-aktar għal proġetti tat-traduzzjoni, li dawk l-applikazzjonijiet li inkludew pjan iddettaljat dwar is-suq mira u d-distribuzzjoni marru aħjar minn oħrajn. Sad-data tal-għeluq għas-sottomissjonijiet fit-30 ta’ Ġunju, il-Fond Malti tal-Ktieb 2022 irċieva 74 sottomissjoni eliġibbli mifruxa fil-fergħat differenti. Il-baġit totali kien ta’ €120,000, li nqasmu f’€50,000 għall-Għotjiet għall-Pubblikazzjoni ta’ Kotba Ġodda, €10,000 għall-Għotjiet għal Edizzjonijiet Ġodda ta’ Kotba mhux fl-Istampa, €55,000 għall-Għotjiet għat-Traduzzjoni u €5,000 għall-Għotjiet għat-Traduzzjoni ta’ Silta minn Ktieb bħala Pitch. Kull għotja tista’ twieżen sa 100% tal-proġett propost u sa massimu ta’ €5,000 f’kull fergħa, tneħħi dawk fl-Għotjiet għat-Traduzzjoni ta’ Silta minn Ktieb bħala Pitch, li jistgħu jingħataw sa €500 kull proposta. Sabiex jiġi assigurat li l-Fond iwieżen kemm jista’ jkun proġetti li jkun ħaqqhom u li l-flus jintużaw kollha, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirriżerva d-dritt li jmexxi fondi mhux utilizzati minn fergħa għal oħra. Importanti jiġi nnutat ukoll li jekk wieħed ma rnexxilux jikkwalifika għall-fondi did-darba ma jfissirx li ma jistax japplika mill-ġdid bl-istess proġett jew bi proġett differenti meta terġa’ toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet. Il-KNK se jkun qed jikkuntattja lill-applikanti li ħadu l-fondi sabiex jiffirmaw il-kuntratt, li jagħtihom ċans 18-il xahar sabiex jitlesta l-proġett. Il-proġetti rebbieħa skont il-kategorija tal-Fond, bl-isem tal-benefiċjarju u l-ammont mogħti tista’ tarahom mit-tabelli t’hawn taħt: Għotjiet għall-Pubblikazzjoni ta’ Kotba Ġodda Applikant Applicant It-titlu tal-proġett Project titlePubblikatur PublisherFond allokat Funds allocated Immanuel MifsudMafkar ta' Poeżiji lil Daphne Caruana Galizia: ġabra ta' xogħlijiet li jagħtu ġieh lil din il-ġurnalista assassinata fl-2017PEN Malta2454 Antoinette BorgPubblikazzjoni ta' ktieb divertenti dwar l-istorja tal-ilsien MaltiMerlin Publishers4940 Jurgen R. GattA Companion to Joseph Demnarco's De Chocolata (1760).Kite Group5000 Robert AttardGefallen, the War Letters of Fräulein M : Tobruk, the Medirerranean, Russia, Normandy & the Defence of the ReichAwtoppubblikat Self-published5000 Mark CamilleriResearch on Juan Bautista Azopardo and publication of his biographyDar Camilleri5000 David BezzinaPassport to Vice by Matthew VellaHorizons4850 Paul P. BorgRużar Briffa - U Jiena: ktieb ġdid ta' riċerka dwar is-sors tan-niket fil-ħajja u l-poeżija tal-poeta - ir-relazzjoni tal-awtur mieghuAwtoppubblikat Self-published5000 Kevin AquilinaPrinciples of Maltese Public Law - An ExegesisMidsea5000 Anthony Gatt, Mark Sagona, Abner CassarElecticism and the Baroque Revival in Malta - Abramo Gatt (1863-1944): Master of the Decorative ArtsMidsea Books5000 Stephen GattA Journey in Balzan: An Immersive and Illustrated Guide of the Balzan village through Its Local Social MemoryAwtoppubblikat Self-published1350 Carmel SciclunaMin jogħdos bla maskra. Ġabra ta' madwar 60 poeżija, b'ħames taqsimietHorizons1400 Nicholas BugejaSexuality and LegacyMidsea Books5000 Noel ButtigiegBread and Bakers in Eighteenth Century MaltaMidsea4920 Gabriel Grioli*Manwal għall-Qari tal-Provi: manwal li jittratta b'reqqa s-sengħa tal-qarrej tal-provi, u li fih nispeċjalizza fuq il-qari tal-provi tal-lingwa MaltjaBDL1053 *Gabriel Grioli ngħata l-fond parzjali ta’ 1,053 Euros wara li Mark Vella m’aċċettax il-fond mogħti lilu (ara Għotjiet għat-Traduzzjoni Kat 2). Għotjiet għal Edizzjonijiet Ġodda ta’ Kotba mhux fl-Istampa Applikant Applicant It-titlu tal-proġett Project titlePubblikatur PublisherFond allokat Funds allocated Joseph BorgL-IblehSKS Publishers5,000 Akkademja tal-MaltiSensiela Letteratura Klassika Maltija: Il-Fidwa tal-Bdiewa ta' Ninu CremonaMidsea Books5,000 Għotjiet għat-Traduzzjoni Kat 1: Traduzzjoni ta’ Kotba Maltin Applikant Applicant It-titlu tal-proġett Project titlePubblikatur PublisherFond allokat Funds allocated Dejan MatićTranslation into Serbian of Kissirtu Kullimkien by Lara Calleja using an English bridge translationTreći Trg4,388 Norbert BugejaTranslation into Arabic of seventy selected poems from Norbert Bugeja's collections Nartiċi and Insa li Mhijiex Hawn using a French bridge translationNirvana Editions3,300 Mohamed El BaalyTranslation and publication of Bejn Baħar u Baħar by Elizabeth Grech into ArabicSefsafa Culture & Publishing5,000 Hrant AleksanyanTranslation and publication of Vespers by Trevor Zahra into ArmenianVogi-Nairi Arts Center5,000 Gezim TafaTranslation and publication of The Swans at St. Ives And Other Stories by Charles Casha into AlbanianOmbra GVG Publishing House4,160 Hemant Dayanand DivateTranslation of Bejn Baħar u Baħar by Elizabeth Grech into EnglishPaperwall Publishing5,000 Mark Anthony Sammut SassiTraduzzjoni mill-Malti għall-Għarbi tar-rumanz ta' Frans Sammut Paceville maħruġ f'Malta fl-1991The Pertinent Press3,000 Joanne MicallefIn Tune with City Life: Translation into English of Rena Balzan's Fiż-Żifna ta' l-IblietFaraxa Publishing5,000 Għotjiet għat-Traduzzjoni Kat 2: Traduzzjonijiet għall-Malti Applikant Applicant It-titlu tal-proġett Project titlePubblikatur PublisherFond allokat Funds allocated Warren BartoloIl-Frammenti ta' Saffo. Dan il-proġett jiffoka fuq it-traduzzjoni tal-poeżija ta' Saffo mill-Grieg Antik għall-Malti, b'introduzzjoni u kummentarjuEde Books5,000 Antoinette BorgTranslation of Il Cane di Terracotta by Andrea Camilleri into MalteseMerlin Publishers5,000 Joanne MicallefTranslation of Notes on the Flesh / Noti fuq id-Demm u l-Laħam by Shahd Alshammari into MalteseFaraxa Publishing3685 Anthony AquilinaTraduzzjoni ta' La Nuit de Feu / “Lejl in-Nar" ta' Éric-Emmanuel Schmitt into MalteseFaraxa Publishing5,000 Mark Vella*It-traduzzjoni ta' The Confectioner's Daughter ta' Lou Drofenik mill-Ingliż għall-MaltiHorizons1053 *Il-fond li kellu jmur għand Mark Vella għadda għand Gabriel Grioli (ara Għotjiet għall-Pubblikazzjoni ta’ Kotba Ġodda). Għotjiet għat-Traduzzjoni ta’ Silta minn Ktieb bħala Pitch Applikant Applicant It-titlu tal-proġett Project titleFond allokat Funds allocated Antoinette BorgTraduzzjoni ta' silta minn Amina ta' Antoinette Borg għall-Ingliż500 SHARE POST Related Articles Il-Fond Malti tal-Ktieb jimxi totalment online u jiżdied fl-allokazzjoni għall-2025 Fondi 17th March, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More view all similar news
Il-Fond Malti tal-Ktieb jimxi totalment online u jiżdied fl-allokazzjoni għall-2025 Fondi 17th March, 2025 Read More
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More