Skip to content

Għaliex il-Ġjallesk ta’ Ġid Għalik: Masterclass Minn Ian Rankin – KNK 🇬🇧

5th November, 2026
7:00 PM - 8:30 PM
Għaliex il-Ġjallesk ta’ Ġid Għalik: Masterclass Minn Ian Rankin – KNK 🇬🇧

Ian Rankin mhux dejjem kellu f’moħħu li jsir kittieb tal-ġjallesk. Kien ipprova jpinġi l-kartuns, jikteb il-poeżiji u l-lirika għall-kanzunetti, u mbagħad anke n-novelli. L-ewwel rumanz tiegħu kellu xeħta farseska u t-tieni wieħed kien tentattiv ta’ finzjoni letterarja. Kienet b’kumbinazzjoni li spiċċa jikteb il-ġjallesk u l-istejjer tad-ditektiv John Rebus. F’din is-sessjoni, Ian jispjega kif ma setax jaħrabhom – la lil dan il-karattru u lanqas lill-ġeneru, u kif il-kotba tiegħu saru bestsellers.

Il-parteċipazzjoni hija bla ħlas, iżda kull min beħsiebu jattendi, irid jirreġistra. Il-parteċipazzjoni se tkun limitata abbażi ta’ min japplika l-ewwel jinqeda l-ewwel.

Rankin twieled fir-Renju ta’ Fife fl-1960, u ggradwa mill-Università ta’ Edinburgh fl-1982. Qatta’ tliet snin jikteb ir-rumanzi meta suppost kien qed jistudja għal Dottorat fil-Letteratura Skoċċiża. L-ewwel rumanz li qatt kiteb, Summer Rites, baqa’ manuskritt sal-ġurnata tal-lum, iżda t-tieni wieħed tiegħu, The Flood, kien ġie ppubblikat fl-1986. L-ewwel xogħol bl-Ispettur Rebus, Knots & Crosses, ġie ppubblikat fl-1987 u minn hemmhekk is-serje ta’ dan l-ispettur famuż inqalbet f’21 lingwa u l-kotba tagħha kisru rekords ta’ bejgħ mad-dinja kollha. Barra minn din u s-serje ta’ Malcolm Fox, Rankin kiteb rumanzi oħra, ġabriet ta’ novelli, rumanz grafiku, żewġ drammi, u ktieb ta’ letteratura mhux fittizja, Rebus’s Scotland (2005). Rankin irċieva l-grad ta’ Uffiċjal tal-Ordni tal-Imperu Brittaniku (OBE) għax-xogħol tiegħu fil-letteratura, u għażel li jilqa’ dal-premju fil-belt ta’ Edinburgh fejn jgħix ma’ martu u ż-żewġ uliedu subien.

Post: Is-Sala tal-Kittieba

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.