Home / Programme / Tnedija ta’ ktieb: ‘Ċelel Bla Ħitan’ – Horizons Tnedija ta’ ktieb: ‘Ċelel Bla Ħitan’ – Horizons 25th March, 2021 10:00 AM - 11:00 AM .[embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=e-fpi5QPjgI[/embedyt] Stephen Lughermo jitkellem dwar din il-ġabra ġdida ta’ novelli dwar karattri li jsofru għeluq li ma jidhirx u jitħabtu ma’ ħitan inviżibbli bil-ħolma ta’ libertà f’dinja ħielsa. Stephen Lughermo trabba Ħal Tarxien u ilu mill-2005 jgħallem il-Malti fi skola sekondarja. Fl-2015 ippubblika l-ewwel rumanz tiegħu ‘X’Aħna Smart’ (Horizons), rebbieħ tal-Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ. Sentejn wara rebaħ il-Premju Terramaxka bir-rumanz ‘Jarmuk’ (Horizons). Lughermo huwa wkoll awtur ta’ kotba għat-tfal bħal ‘Ix-Xewqa ta’ Luke’ (Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Foster Care, 2018) u ‘Toni tat-Tritoni’ (Horizons/Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, 2019). Simone Inguanez hija poeta, traduttriċi u konsulent għall-istrateġija kulturali. Hija l-awtriċi ta’ Water, fire, earth and I Tr. Maria Grech Ganado, Klabb Kotba Maltin, 2005) u Ftit mara, ftit tifla (Inizjamed & Midsea Books, 2005); u koawtur fl-ktieb 7 poets, 4 days, 1 book (Texas: Trinity Press, 2009). Ix-xogħol tagħha ġie ppubblikat f’diversi antoloġiji u onlajn, u ġiet tradotta f’għaxar lingwi. Fl-2007, kienet parteċipi f’residenza tal-kittieba tal-International Writing Programme (IWP). Hija qrat f’diversi festivals internazzjonali u pparteċipat f’diversi workshops tat-traduzzjoni. Bħalissa, hija Eżekuttiva tal-Arti għal-Letteratura fil-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti u serviet fil-Kunsill tal-Ilsien Malti mill-ħolqien tiegħu fl-2005. Dwar Ċelel Bla Ħitan ta’ Stephen Lughermo: Iċ-ċelel mhumiex l-istess. L-għeluq huwa wieħed. Ambjentati f’postijiet klawstrofobiċi, in-novelli ta’ din il-ġabra jlaqqgħuna ma’ karattri mill-ħajja ta’ kuljum… … minn missier mifni bil-piż tas-separazzjoni għal xebba tissielet mat-tektik intern tal-arloġġ f’ġisimha; minn żagħżugħ mgħakkes bil-falliment tal-imħabba għal xwejjaħ mixtieq għall-ħelsien tal-imgħoddi; minn raġel f’salib it-toroq bejn passat u futur għal kaxxiera mitlufa fil-monotonija tal-awtostrada; minn sid ta’ kumpanija jifga’ fis-sauna għal tabib ifittex kura tiegħu nnifsu; minn mara tiskopri għeruqha fil-qtugħ ta’ nifs ta’ kabina għal tfajla li tagħraf it-triq ta’ ħajjitha fis-seat tal-karozza… Ilkoll jesperjenzaw klawstrofobija tar-ruħ, ibatu għeluq li ma jidhirx, jitħabtu ma’ ħitan inviżibbli bil-ħolma ta’ libertà f’dinja … ħielsa. SHARE POST Similar Posts Eħlisna mid-Deni: A taste of Karl Schembri’s explosive new novel – Merlin Publishers – Is-Sala tal-Qarrejja 🇲🇹 9th November, 2025 6:00 PM - 7:00 PM Read More Il-President Myriam Spiteri Debono tiffirma Tisjir mill-Qalb – Agenda Bookshop – L-Istand 42 🇲🇹 9th November, 2025 3:00 PM Read More Tberfil and the Art of Maltese Vehicular Decoration in the 20th Century: Book launch and discussion – Steven Scicluna – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 9th November, 2025 12:00 PM - 1:00 PM Read More Lejla ma’ Jeff VanderMeer: Intervista u ffirmar ta’ kotba – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 8th November, 2025 7:00 PM - 8:00 PM Read More Antoloġija 2: Tnedija ta’ ktieb – Aphroconfuso – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹 8th November, 2025 4:00 PM - 5:00 PM Read More Bejn il-Qoxra: Il-Malta University Press u l-awturi tagħha – Malta University Press (MUP) – Is-Sala tal-Qarrejja 🇬🇧/🇲🇹 8th November, 2025 4:00 PM - 5:00 PM Read More Lejla ma’ Samantha Harvey: Intervista u ffirmar ta’ kotba – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 7th November, 2025 7:00 PM - 8:00 PM Read More F’Konverżazzjoni ma’ Iris Wolff: Ir-rumanz tagħha Lichtungen u t-traduzzjoni għall-Malti – Dept. of German (University of Malta), German-Maltese Circle & Horizons – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 7th November, 2025 5:30 PM - 7:00 PM Read More Tnedija ta’ Leħen il-Malti – Għadd 44 – L-Għaqda tal-Malti – Università – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹 7th November, 2025 5:30 PM - 6:30 AM Read More