Home / News / Għotjiet għall-Edukazzjoni fi ħdan il-Fond Malti tal-Ktieb back to news Għotjiet għall-Edukazzjoni fi ħdan il-Fond Malti tal-Ktieb Fondi • Inizjattivi 28th July, 2017 Sabiex tissaħħaħ il-kultura tal-ktieb u l-kwalità tal-pubblikazzjonijiet f’Malta, il-Fond Malti tal-Ktieb jinkludi għotjiet għall-edukazzjoni b’fond massimu ta’ 5,000 ewro għal kull proġett. Dawn l-għotjiet huma maħsuba biex jiffinanzjaw spejjeż ta’ vjaġġar, akkomodazzjoni u parteċipazzjoni għal awturi u pubblikaturi li jixtiequ jattendu korsijiet qosra jew inizjattivi edukattivi relatati mal-qasam tax-xogħol tagħhom. Attivitajiet bħal dawn jistgħu jinkludu workshops, seminars, konferenzi u sessjonijiet ta’ taħriġ dwar aspetti differenti tal-industrija tal-kotba. Il-kriterji ta’ eliġibilità, inklużi dawk li jiddeskrivu t-tipi ta’ korsijiet, tħallew deliberatament miftuħin sabiex ikunu kemm jista’ jkun inklussivi ta’ tipi differenti ta’ inizjattivi. Huwa f’idejn l-applikant li jipprovdi informazzjoni dettaljata u deskrizzjoni bil-miktub tal-proġett sabiex jikkonferma l-valur edukattiv tal-proġett u r-rilevanza tiegħu għall-industrija lokali tal-ktieb. Oqsma ta’ interess jistgħu jinkludu ħiliet editorjali, promozzjoni u bejgħ tal-kotba, kitba kreattiva, il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ karattri fir-rakkont, illustrazzjoni tal-ktieb, studji fit-traduzzjoni u ħafna aktar. Fuq is-sit tal-KNK ġie pprovdut appendiċi fil-paġna prinċipali tal-Fond b’lista eżemplari ta’ korsijiet qosra, irtiri għal kittieba, workshops u seminars. Madankollu, din il-lista mhux definittiva. Hija maħsuba biss biex tagħti idea tal-għadd kbir ta’ inizjattivi li huma miftuħa għall-fondi fl-iskema tal-Fond Malti tal-Ktieb. Min-naħa l-oħra, għandu jiġi nnotat li r-regolamenti xorta waħda japplikaw f’kull każ u kull applikazzjoni se tiġi studjata bir-reqqa mill-bord tal-aġġudikazzjoni. Se tingħata preferenza lill-awturi u l-pubblikaturi li jagħtu ġustifikazzjoni raġonevoli kemm tal-valur intrinsiku tal-proġett kif ukoll tal-valur prattiku tiegħu għal proġett partikolari li bħalissa jinzertaw qegħdin jaħdmu fuqu. L-applikazzjonijiet, li jistgħu jitniżżlu hawnhekk, għandhom jimtlew u jintbagħtu kif suppost lill-NBC mhux aktar tard mid-29 ta’ Settembru 2017. Għal kwalunkwe mistoqsija relatata mal-Fond, l-applikanti għandhom jiktbu lil John Grech fuq john.f.grech@gov.mt. Huma jistgħu wkoll iċemplu fuq +356 27131574 biex jagħmlu appuntament jekk jippreferu jiddiskutu l-eliġibilità tal-proġett tagħhom f’aktar dettall. SHARE POST Related Articles Il-Fond Malti tal-Ktieb jimxi totalment online u jiżdied fl-allokazzjoni għall-2025 Fondi 17th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More Donazzjoni ta’ kotba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb lil Malta Libraries Inizjattivi 17th December, 2024 Read More Donazzjoni ta’ kotba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb lil Malta Libraries Other 17th December, 2024 Read More Tixtieq taħdem mal-Wikipedija? Il-KNK u l-Wikimedia Community Malta jniedu kollaborazzjoni ġdida Inizjattivi 23rd October, 2024 Read More Ħareġ id-39 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 15th October, 2024 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2025 jiftaħ għal sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż Esportazzjoni letterarja 3rd September, 2024 Read More Niċċelebraw l-Eċċellenza Letterarja: Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2024 Inizjattivi 27th August, 2024 Read More view all similar news
Il-Fond Malti tal-Ktieb jimxi totalment online u jiżdied fl-allokazzjoni għall-2025 Fondi 17th March, 2025 Read More
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Donazzjoni ta’ kotba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb lil Malta Libraries Inizjattivi 17th December, 2024 Read More
Donazzjoni ta’ kotba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb lil Malta Libraries Other 17th December, 2024 Read More
Tixtieq taħdem mal-Wikipedija? Il-KNK u l-Wikimedia Community Malta jniedu kollaborazzjoni ġdida Inizjattivi 23rd October, 2024 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2025 jiftaħ għal sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż Esportazzjoni letterarja 3rd September, 2024 Read More
Niċċelebraw l-Eċċellenza Letterarja: Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2024 Inizjattivi 27th August, 2024 Read More