Home / News / Ftakar dawn id-dati! Festival tal-Ktieb Back to News Ftakar dawn id-dati! Festival tal-Ktieb Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Other 2nd February, 2017 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubbliku bid-dati l-iktar importanti fil-kalendarju kulturali tal-kunsill għas-sena 2017. Nagħtu parir lill-membri tal-pubbliku sabiex iżommu l-ġranet b’dawn id-dati liberi għall-għan li jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-attivitajiet li qed inħejju għalihom. Bejn l-4 u s-6 ta’ April il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mal-Għaqda tal-Malti – Università ser itellgħu r-raba’ edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus. Bħas-soltu ser jieħdu sehem għadd ta’ pubblikaturi u distributuri Maltin bil-bejgħ tal-aħħar kotba u pubblikazzjonijiet tagħhom. Ser jitħejja ukoll programm ta’ attivitajiet li jinkludu mużika, dibattiti u qari. Żommu f’moħħkom dawn id-dati u ejjew iltaqgħu magħna fuq il-kampus! L-ikbar attività tas-sena għalina ser iseħħ, bħal dejjem, fl-ewwel ħmistax tax-xahar ta’ Novembru. Fit-8 ta’ Novembru l-MCC (Mediterranean Conference Centre) ser jiftaħ il-bibien għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, l-ikbar ċelebrazzjoni tal-kultura tal-ktieb fil-pajjiż. Il-festival ser idum tliet ijiem. Żommu dawn id-dati f’moħħkom u ejjew iltaqgħu magħna! SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More