Home / News / Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 Back to News Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News • Other 17th April, 2026 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) illum ippubblika r-Rapport Annwali tiegħu għall-2025 – sena li rat tkabbir sinjifikanti u żviluppi importanti fi ħdan il-KNK. Il-publikazzjoni tal-Viżjoni Strateġika fuq Ħames Snin (2025-2030) kienet waħda minn dawn it-tragwardi ewlenin, għax ipprovdiet qafas strutturat għall-ħidma tal-KNK fis-snin li ġejjin. L-Istrateġija mibnija fuq ħames pilastri: it-tisħiħ tal-ekosistema letterarja Maltija; il-promozzjoni tal-lingwa u l-kultura Maltija lokalment u internazzjonalment; aċċessibbiltà akbar tal-kotba għal kulħadd; titjib fil-governanza u t-trasparenza; u t-trawwim ta’ kollaborazzjonijiet strateġiċi. Flimkien dawn il-pilastri jirriflettu l-isforzi tal-KNK sabiex il-kotba u l-qari jibqgħu ċentrali fis-soċjetà Maltija, u fl-istess ħin jibqa’ jindirizza l-isfidi li s-settur jaffaċċja bis-saħħa ta’ miżuri konkreti u mirfuda mill-konsultazzjoni. Waħda mill-ewwel affarijiet li ħadem fuqhom il-KNK, u l-aktar waħda viżibbli, hija l-eżerċizzju ta’ tiġdid fid-dehra tal-istituzzjoni bit-tnedija ta’ logo u identità viżiva ġodda, kif ukoll sit ġdid. Id-dehra tal-KNK tinħass aktar irfinuta u moderna, u s-sit ġie ridisinjat skont il-branding ġdid, filwaqt li sar eħfef biex tużah u biex taċċessa minnu dak li jkun qed isir mill-KNK – minn inizjattivi sa riżorsi diġitali u linji gwida tal-fondi u l-premji. L-2025 rat żieda sostanzjali fl-attendenza tal-avveniment kruċjali għall-KNK – il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Megħjuna parzjalment mill-iskema tal-vawċer ta’ €20 għat-tfal tal-iskola, l-attendenza telgħet għal kważi 40,000 persuna minn kull vija tal-ħajja, imqassmin fuq ħamest ijiem. Bil-parteċipazzjoni ta’ mistiedna magħrufa internazzjonalment u b’kollaborazzjonijiet strateġiċi ma’ entitajiet oħra, il-Festival kompla jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu bħala avveniment ċentrali fil-kalendarju kulturali Malti. Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb kiber fl-istatura bis-sottomissjoni ta’ 149 ktieb eliġibbli mxerrdin f’kategoriji varji, filwaqt li l-industrija bbenefikat minn Fond Malti tal-Ktieb li ra żieda fil-fondi għal €135,000 u għen 31 proġett jaraw id-dawl, minn pubblikazzjonijiet lokali sa traduzzjonijiet f’pajjiżi differenti. Ir-Rapport Annwali għall-2025 tista’ tniżżlu minn hawn bil-Malti jew bl-Ingliż. SHARE POST Related Articles Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More
Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More