Home / News / Espressjoni ta’ Interess – Premju Letteratura għaż-Żgħażagħ Back to News Espressjoni ta’ Interess – Premju Letteratura għaż-Żgħażagħ Other • Pubblikazzjonijiet 24th November, 2014 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jistieden lill-pubblikaturi biex jissottomettu espressjoni ta’ interess fir-rigward tal-manuskritti rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażgħ 2013-2014 organizzat mill-istess Kunsill bil-kollabroazzjoni tal-Aġenzija Żgħazagħ. Ir-rumanzi li rebħu dan il-konkors huma tnejn: X’aħna Smart ta’ Stephen Lughermo u Gramma ta’ Leanne Ellul. 1. Il-manuskritti jridu jkunu ppubblikati fi żmien tliet xhur mill-għażla tal-pubblikatur, inkella skont ftehim milħuq bejn l-organizzaturi u l-pubblikatur konċernat. 2. Id-deċiżjoni dwar liema mill-pubblikaturi jintgħażlu biex jippubblikaw il-kotba tkun ibbażata fuq: (a) X’pakkett ikun offrut lill-kittieb bħala rikompens għax-xogħol tiegħu; (b) x’pubbliċiita’ jkun hemm ippjanata għat-tnedija tal-ktieb; (c) xi prezz se jkun mibjugħ bih il-ktieb ladarba jkun ippubblikat; (d) x’distribuzzjoni jkollu l-ktieb ladarba jkun ippubblikat. 3. Il-pubblikatur ta’ kull wieħed mill-kotba rebbieħa jingħata €2,000 bħala għajnuna għall-produzzjoni u l-istampar. Dan jiġi mbagħad rifless fil-prezz tal-bejgħ, li jkun għalhekk issussidjat. 4. Ladarba jintgħażel il-pubblikatur jew pubblikaturi, jiġi ffirmat ftehim li għandu jkun osservat bl-aktar mod rigoruż. Jekk dan ma jsirx, l-organizzaturi jżommu l-jedd li l-ftehim jaqa’. 5. Id-drittijiet kollha tat-test innifsu jibqgħu tal-kittieb. Id-dritt tal-edizzjoni jkun tal-pubblikatur, flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. 6. Il-pubblikatur ikun responsabbli biex jagħti x-xeħta lill-ktieb. Iżda l-preżentazzjoni finali hija soġġetta għall-approvazzjoni tal-organizzaturi. Id-disinn tal-qoxra tal-ktieb trid issir bi qbil bejn il-kittieb u d-disinjatur tal-pubblikatur. 7. L-awtur rebbieħ irid jaċċetta li jaħdem ma’ dak il-pubblikatur li jiddeterminaw l-organizzaturi tal-konkors. 8. Fil-ftehim irid ikun espress ċar il-prezz tal-pubblikazzjoni. Billi d-dar tal-kotba tkun qed tingħata somma ta’ flus għall-pubblikazzjoni, ikun mistenni li dik l-għajnuna tirrifletti ruħha fil-prezz tal-ktieb. 9. Il-pubblikatur jidħol ukoll għall-ispejjeż ta’ qarrej tal-provi li jara x-xogħol. Il-qarrej tal-provi jrid ikollu l-għarfien uffiċjali tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. 10. L-organizzaturi jżommu l-jedd li jassiguraw li l-pubblikazzjoni tkun ta’ kwalita’. 11. Il-qliegħ mill-bejgħ tal-pubblikazzjoni jmur għand il-pubblikatur. 12. Fuq il-qoxra tal-ktieb għandu jidher b’mod prominenti li l-pubblikazzjoni rebħet il-ħames edizzjoni tal-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ 2013-2014 u qed tkun ippubblikata wara l-għajnuna mogħtija mill-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. 13. Il-pubblikatur konċernat jagħti 40 kopja tal-ktieb lill-Aġenzija Żgħażagħ u 20 kopja lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. 14. Il-manuskritti għandhom jiġu editjati bir-reqqa, imma dan it-tibdil ma jridx ikun b’tali mod li l-ktieb ikollu l-ħtieġa li jinkiteb mill-ġdid u jkun jikkostitwixxi biss tibdil editorjali. 15. Il-pubblikaturi jridu wkoll jissottomettu pjan konkret ta’ kif se jiddistribwixxu u jagħmlu promozzjoni lill-ktieb. Id-deċizjoni finali ta’ min se jieħu l-pubblikazzjoni hija tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. L-espressjoni ta’ interess għandha tintbagħat lis-Segretarju, Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Librerija Pubblika Ċentrali, Triq Joseph J. Mangion, Floriana FRN 1800 sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-31 ta’ Diċembru, 2014. SHARE POST Related Articles Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More view all similar news
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More