Home / News / Taħt il-Qoxra: Giuseppe Schembri Bonaci Back to News Taħt il-Qoxra: Giuseppe Schembri Bonaci Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 20th September, 2020 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Giuseppe Schembri Bonaci. Mal-mistieden tkellimna dwar iż-żewġ kotba tiegħu The Unreality of Realism: An Insular Perspective on the Development of Modern Art’ u Metal and Silence: The Quest for Daringness and Authenticity in the Arts li huma finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020. Staqsejnieh dwar l-iskopijiet ta’ dis-sensiela ppubblikata minn Horizons, il-periferalità fl-arti Maltija, l-arti u l-poter u l-ideoloġija f’Malta, u l-insularità u l-kożmopolitaniżmu tal-artisti Maltin Josef Kalleya, Toni Pace, u Vincent Apap. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Giuseppe Schembri Bonaci studja l-Filosofija, il-Liġi u l-Arti fl-Università ta’ Malta, l-universitajiet ta’ l-Istat ta’ Kiev u ta’ Moska, u wettaq studji ta’ riċerka fl-Università ta’ ta’ Milan. Huwa l-awtur ta’ ‘Shostakovich, Britten, Stravinsky and Painters in Between: 1936’, analiżi tar-relazzjoni bejn il-moderniżmu u l-poter. Kiteb bosta kotba dwar l-Arti Moderna u Kontemporanja, il-Filosofija tal-Arti, u l-arti Maltija tas-seklu għoxrin. Huwa Professur Assoċjat fid-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal-Arti fl-Università ta’ Malta, koordinatur tal-Programm tal-Arti fid-Dipartiment ta’ l-Arti u l-Istorja ta’ l-Arti, Direttur Artistiku tal-Biennale tal-Arti Kontemporanja APS fil-Katidral tal-Mdina, u Direttur Artistiku ta’ Strada Stretta Concept. Bħalissa qed jaħdem fuq serje ta’ pubblikazzjonijiet tematiċi dwar it-teorija u l-istorja tal-arti Maltija tas-seklu għoxrin, fosthom il-kotba finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020 – The Unreality of Realism: An insular perspective on the development of modern art (Horizons, 2019), u Metal and Silence: The quest for authenticity in the arts (Horizons, 2019). Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More