Home / News / Taħt il-Qoxra: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (Matthew Borg u Elton Grech) Back to News Taħt il-Qoxra: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (Matthew Borg u Elton Grech) Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 4th November, 2018 F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Matthew Borg u Elton Grech dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb li jibda din il-ġimgħa. Matthew tkellem dwar l-avvenimenti ewlenin waqt il-Festival, fosthom il-konferenza li se tiftaħ il-Festival dwar il-letteratura tad-dijaspora, il-mistiedna ta’ fama internazzjonali, ix-xow tad-DANUSAN, u l-avvenimenti għat-tfal tal-iskola fost il-ġimgħa u fi tmiemha. Elton iddeskriva avveniment partikulari u ta’ interest waqt il-Festival, speċjalment għal dawk li jħobbu l-filosofija. L-avveniment Filosofija bil-Malti se jittella’ mill-Għaqda tal-Malti – Università, u se jittratta t-tema eżistenzjali tal-mortalità. Matthew Borg jaħdem mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, filwaqt li Elton Grech huwa għalliem tal-Etika u se jkun qed imexxi l-avveniment tal-filosofija bil-Malti. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, l-akbar u l-aktar ċelebrazzjoni prestiġjuża tal-kultura tal-ktieb f’Malta, se jsir bejn l-Erbgħa 7 u l-Ħadd 11 ta’ Novembru Dar il-Mediterran. Ara l-programm sħiħ tal-avvenimenti, li dis-sena jilħqu d-90 waħda, minn hawnhekk. Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More