Home / News / Basma Abel Aziz fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 Back to News Basma Abel Aziz fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 Festivals • Other 27th October, 2016 Mistiedna mportanti ħafna tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena hi bla dubbju Basma Abd El Aziz, il-kittieba ta’ The Queue, rumanz li ntlaqa’ b’tifħir kbir mill-kritiċi. Basma tgħix fil-Kajr, fejn twieldet fl-1976 u għandha Master’s degree f’Newropsikjatrija mill-università ta’ Ein Shams. Hija membru taċ-Ċentru El Nadeem għar-Riabilitazzjoni ta’ Vittmi ta’ Vjolenza, kif ukoll membru tal-Assoċjazzjoni ta’ Kittieba Nisa Eġizzjani. Bħala attivista għad-drittijiet tal-bniedem, kitbet ħafna fuq suġġetti relatati ma’ elezzjonijiet ġusti, id-dritt għall-integrita fiżika u s-sigurta, u l-indipendenza ta’ entitajiet pubbliċi edukattivi. The Queue jħares lejn xenarju ta’ revoluzzjoni falluta f’pajjiż mhux imsemmi, x’imkien fil-Lvant Nofsani. Id-dinamika tal-istorja tintiseġ madwar kju enormi ta’ ċittadini li qed jistennew quddiem entità amministrattiva bla wiċċ, magħrufa bħala ‘Il-Bieb’, sabiex japplikaw għal servizzi bażiċi. L-immaġni tal-‘Bieb’ għandha valur simboliku qawwi ħafna għall-qarrejja Għarab li ser jassoċjawha mal-ewwel ma’ ‘La Porte’, il-bibien storiċi taċ-ċentru amministrattiv tal-palazz Topkapi f’Istanbul li għal iktar minn 4 sekli kien il-bażi prinċipali tal-amministrazzjoni Ottomana fuq il-popli Għarab u simbolu ta’ amministrazzjoni bla wiċċ, imbegħda. Ir-rumanz jagħti iktar minn lemħa lill-klassiċi ta’ letteratura distopjana bħal The Trial ta’ Franz Kafka jew Blindness ta’ Jose Saramago u huwa rappreżentattiv ħafna tal-moviment ġdid ta’ kittieba mill-Lvant Nofsani li qed jippruvaw jagħmlu sens mill-vojt soċjali u politiku, mill-kaos u d-diżappunti li ħallew warajhom ir-revoluzzjonijiet tal-2011, magħrufa bħala l-‘Arab Uprisings.’ Basma ser tieħu sehem f’żewġ attivitajiet fil-festival – hi fost il-kelliema fil-konferenza ‘Literature and Totalitarianism’, li ser jiftaħ il-festival nhar L-Erbgħa 9 ta’ Novembru u l-għada, il-Ħamis 10 ta’ Novembru, ser ikollha attività ddedikata lilha, fejn ser titkellem mal-kittieb Malti-Palestinjan Walid Nahban fuq xogħolha u ħajjitha. Ser ikun hemm ukoll qari ta’ siltiet mir-rumanz The Queue. Għal aktar informazzjoni dwar il-programm kulturali tul il-ħamest ijiem tal-Festival: Web: https://ktieb.org.mt/?page_id=139&lang=mt Facebook: https://www.facebook.com/events/1951963831697045/ SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More