Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2019 Back to News Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2019 Esportazzjoni letterarja • Festivals • Inizjattivi • Jeddijiet Tas-Self Pubbliku • London Book Fair • Other 25th February, 2019 [vc_row][vc_column][vc_column_text] Bi pjaċir inħabbru li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jkun qed jirrappreżenta lil Malta u awturi Maltin fl-edizzjoni tal-London Book Fair ta’ dis-sena (Olympia, 12-14 Marzu 2019). Żommu ruħkom aġġornati ma’ dak li se nkunu qed nagħmlu billi żżuru s-sit u l-paġna tal-FB tagħna. Dis-sena, il-ħames waħda fuq xulxin, il-KNK se jkollu stand f’post prominenti fil-fiera, u se jkun qed jeżebixxi firxa wiesgħa ta’ kotba Melitensia, fosthom rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-aktar kotba ta’ proża u referenza ta’ kwalità minn bosta djar ta’ pubblikazzjoni Maltin. Ir-rappreżentanti tal-KNK se jkunu qed jiltaqgħu ma’ bosta persuni fil-qasam mir-Russja, l-Ukrajna, in-Norveġja, ir-Renju Unit, il-pajjiżi Balkaniċi, l-Istati Uniti u pajjiżi Għarab sabiex jiffaċilitaw il-bejgħ ta’ drittijiet tat-traduzzjoni għal għadd ta’ xogħlijiet letterarji, fosthom The Confectioner’s Daughter ta’ Lou Drofenik, Rokit ta’ Loranne Vella, u Erbgħin Jum ta’ Antoine Cassar. [/vc_column_text][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column width=”1/3″][vc_single_image image=”20362″ img_size=”medium”][/vc_column][vc_column width=”1/3″][vc_single_image image=”20363″ img_size=”medium”][/vc_column][vc_column width=”1/3″][vc_single_image image=”20364″ img_size=”medium”][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_column_text] Lou Drofenik, Loranne Vella u Antoine Cassar se jkunu qed jakkumpanjaw lir-rappreżentanti tal-KNK, u se jipparteċipaw waqt seminar fiċ-Ċentru ta’ Traduzzjoni Letterarja, jismu Ix-Xena Letterarja Maltija: L-esportazzjoni ta’ letteratura emerġenti – id-dijaspora tal-awtur, il-qari transnazzjonali, il-bilingwiżmu u n-narrattivi translingwi, sfidi tat-traduzzjoni. Das-seminar se jitmexxa mill-kittieba u traduttriċi Maltija Jen Calleja, li tgħix Londra. Il-Poetry Pavilion waqt il-LBF se jintuża wkoll mill-KNK biex jippromwovi l-letteratura Maltija. Fil-fatt se jkun hemm tliet xkafef b’kotba tal-poeżija Maltija u kopji ta’ Tangerine Sky li fih ġabra ta’ wħud mill-aħjar poeżiji Maltin bl-Ingliż, editjat minn Terence Portelli u ppubblikat mill-KNK. Antoine Cassar se jkun qed jaqra l-poeżija tiegħu f’żewġ okkażjonijiet separati fil-Poetry Pavilion. Ħu nota ta’ dan kollu, żurna u xerred il-kelma! Għal appuntament ibgħat imejl jew lil Simona Cassano fuq simona.cassano@ktieb.org.mt jew lil Matthew Borg fuq matthew.borg@ktieb.org.mt [/vc_column_text][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_single_image image=”20359″ img_size=”medium”][/vc_column][/vc_row] SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More