Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed iħabbar bi pjaċir il-lista rekord ta’ 49 esebitur li dis-sena se jipparteċipaw waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Il-biċċa l-kbira tagħhom se jorganizzaw varjetà ta’ attivitajiet relatati mal-kotba.

Il-lista tal-esebituri fil-maġġorparti tagħha magħmula minn pubblikaturi lokali u bejjiegħa tal-kotba, iżda hemm għadd ġmielu ta’ esebituri oħra, ngħidu aħna organizzazzjonijiet studenteski, għaqdiet mhux governattivi (NGOs), u aġenziji pubbliċi b’rabtiet mal-industrija tal-kotba. Hemm żieda wkoll fl-għadd ta’ kittieba awtoppubblikati li se jkollhom stand kull wieħed għalihom, wara li s-sena l-oħra kienet l-ewwel darba li pparteċipaw. 

Il-programm jiżgħed b’attivitajiet differenti ppreparati għal udjenzi b’interessi u gosti differenti. Minbarra l-attivitajiet organizzati mill-KNK, l-esebituri se jorganizzaw għexieren ta’ attivitajiet għall-qarrejja ta’ kull età, mifruxin fuq ħamest ijiem. L-attivitajiet ivarjaw minn tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, konferenzi, gruppi ta’ ħidma, diskussjonijiet tematiċi, seminars, u attivitajiet ta’ gost għat-tfal u l-familji.

Il-KNK ħadem ma’ wħud minn dawn l-esebituri, bil-għan li l-Festival iservi bħala pjattaforma b’saħħitha għall-professjonisti fil-qasam tal-pubblikazzjoni, kif ukoll sabiex jasal għand aktar nies. Ikkollaborajna mal-Kunsill Malti għall-Arti biex għall-ewwel darba jkollna esebizzjoni li se tilqa’ lin-nies huma u deħlin l-MFCC. L-esebizzjoni From Illustration to Book se jkun fiha x-xogħol ta’ illustraturi Maltin u barranin li ppubblikaw Malta, u se tkun b’xejn għal kulħadd. Il-Festival se jkun ukoll qed jospita spazju għal tfal fuq l-ispettru tal-awtiżmu jew oħrajn li jkollhom bżonn jirtiraw fi mkien li jikkalmahom emozzjonalment. Barra minn hekk, l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma se tkun qed ittella’ attivitajiet għat-tfal matul il-ġimgħa kollha, bejn esperimenti fl-użu effiċjenti tal-enerġija u sessjonijiet ta’ qari.

Il-programm sħiħ tal-attivitajiet għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 (23-27 ta’ Novembru) se jkun ippubblikat fil-ġimgħat li ġejjin. Għal aktar aġġornamenti żur dan is-sit, il-paġna tal-Facebook tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u u l-paġna tal-Facebook  tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.

Hawn isfel issib il-lista sħiħa tal-esebituri:

Esebituri // Exhibitors
Agenda Bookshop / Miller Distributors Ltd.
Ahmadiyya Muslim Jamaat
Alfred Sant (Quinque)
Arts Council Malta
BDL
Bookends (Miller)
Reliġjon u Ħajja (ĊAK)
Carl Thomas Tonna
Dar Camilleri
DEER Publications
Ede Books / Kixott
Energy and Water Agency (EWA)
Faraxa Publishing
Fabrizio Ellul (Filfla Studio)
Fondazzjoni Sagħtar
Friends of the National Archives of Malta
German-Maltese Circle / UOM - Department of German
Għaqda tal-Malti - Università / Inizjamed
Heritage Malta Publishing
Horizons
Infomediaworks Limited
Infinity Books Ltd.
Istituto Italiano di Cultura La Valletta
Joseph Grech
Joseph P. Smith Photographer
Kite Group
Kiwi Publications
Kotba Calleja
Librerija Preca
Malta Guide Dogs Foundation
Malta Libraries
Malta University Press
Meli Bookshop
Mellieha Local Council
Merlin Library
Midsea Books / Klabb Kotba Maltin
Narcy and Peter Calamatta
National Literacy Agency
Nicola Kearns
Pandora Books
PaulJon Aquilina
Rachael Hollwey
Ricky Caruana
Rita Antoinette Borg (Enchanted Grove Publishing)
Sandra Hili Vassallo
SKS Publishers
Wirt iż-Żejtun
Wikimedia Community Malta (WCM)
William Martin (Freckled Color)

Share Article