Home / News / Alex Vella Gera fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Back to News Alex Vella Gera fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Festivals • Other 10th October, 2017 Alex Vella Gera, kittieb li rebaħ bosta premji prestiġjużi u kiteb, fost oħrajn, Antipodi, Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi u Trojan, se jkun il-mistieden ta’ attività ddedikata għax-xogħol letterarju u l-karriera artistika tiegħu nhar il-Ħamis 9 ta’ Novembru fl-Activity Area ġewwa Dar il-Mediterran (MCC) fit-8 ta’ filgħaxija. Vella Gera se jkun qed jitkellem mal-kittieb u ġurnalist Teodor Reljic dwar l-esperjenzi li fasslu l-vuċi artistika tiegħu, l-esperimenti tiegħu b’forom differenti ta’ espressjoni artistika u t-tfaċċar tiegħu bħala wieħed mill-iktar kittieba prominenti fix-xena letterarja kontemporanja f’Malta. Vella Gera huwa wieħed mill-mistednin speċjali tal-Festival ta’ din is-sena, li huwa msejjes fuq il-kunċett tal-verità fil-letteratura. Fl-2009 isem l-awtur deher fil-gazzetti lokali meta n-novella tiegħu Li Tkisser Sewwi dehret f’pubblikazzjoni studenteska Realtà. L-istorja hija rakkont fl-ewwel persuna tal-avventuri sesswali tal-protagonist, individwu irresponsabbli u ħsiebu fis-sess bi ftit jew xejn rigward għan-nisa u d-dinjità tal-bniedem. L-istorja pproduċiet dibattitu pubbliku u każ tal-qorti li eventwalment wassal għal reviżjoni tal-liġijiet antiki taċ-ċensura f’Malta. Filwaqt li kienu vera ftit dawk li ddubitaw il-verità tar-rappreżentazzjoni fiha nnifisha, il-biċċa l-kbira tad-dibattitu kien fuq jekk il-kittieba (u artisti) għandhomx jiċċensuraw il-karattri tagħhom u sa liema punt l-awtur jista’ jinżamm responsabbli għall-espressjoni tal-ħsibijiet tal-kreazzjonijiet tagħhom. Apparti l-produzzjoni letterarja tiegħu bħala kittieb ta’ rumanzi, Alex Vella Gera esperimenta ukoll b’forom oħra ta’ espressjoni letterarja u artistika, fosthom il-poeżija, il-fotografija u films. Siltiet minn dan ix-xogħol se jintwerew waqt l-attività. Ta’ interess kbir għall-pubbliku (u rilevanti ħafna għat-tema tal-Festival) hija l-pożizzjoni ta’ Vella Gera rigward il-politika neoliberali tal-amministrazzjoni attwali, speċjalment fir-rigward tal-impatt tagħha fuq l-ambjent u l-użu tal-ispazju pubbliku. Lejn tmiem l-avveniment, se jkun hemm sessjoni ta’ mistqosijiet mill-udjenza, u wara dan, l-awtur se jżur l-istands ta’ Merlin Publishers u Klabb Kotba Maltin biex jiffirma kopji tal-pubblikazzjonijiet tiegħu. Il-membri tal-pubbliku huma mħeġġa jattendu u jiksbu kopja ffirmata tar-rumanzi rebbieħa tal-awtur li ser ikunu għall-bejgħ mill-istands tal-pubblikaturi fis-sala prinċipali tal-MCC. SHARE POST Related Articles SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More view all similar news
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More