Home / News / Trevor Żahra bin-Norveġiż: Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Back to News Trevor Żahra bin-Norveġiż: Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Festivals • Other 2nd November, 2017 Attività speċjali fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ser tkun imtella’ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb sabiex tiċċelebra l-ewwel traduzzjoni ta’ rumanz Malti għan-Norveġiż mingħajr l-użu ta’ bridge translation. Il-Ħajja Segrieta tan-Nanna Genoveffa ta’ Trevor Żahra, klassiku tal-letteratura moderna Maltija, issa jista’ jinqara mill-qarrejja Norveġiżi fil-lingwa tagħhom grazzi għax-xogħol siewi tal-kittieba u traduttriċi Malti-Norveġiża Kristina Quitano. Fl-2015, traduzzjonijiet ta’ stejjer qosra minn Żahra u Pierre Mejlak dehru f’Julegaven (Ir-regal tal-Milied), antoloġija ta’ stejjer tal-Milied li biegħet kważi 3000 kopja fi ftit ġimgħat u introduċiet il-letteratura Maltija lill-qarrejja Norveġiżi. It-traduzzjonijiet saru wkoll minn Kristina Quintano direttament mill-Malti. Il-Ħajja Sigrieta tan-Nanna Genoveffa ġie ippubblikat fin-Norveġja f’Settembru 2017 minn waħda mill-akbar djar ta’ pubblikazzjoni fil-pajjiż li jispeċjalizzaw fil-letteratura tradotta. L-istess dar tal-pubblikazzjoni ppubblikat traduzzjonijiet Norveġiżi ta’ xogħlijiet ta’ Aleksijevitsj, Poe, Doyle u Dostojevskij. Nanna Genoveffas hemmelige liv, it-titlu tal-ktieb fin-Norveġiż, issa jinstab fil-librerija pubbliċi kollha tan-Norveġja, 600 b’kollox. Dan huwa pass ta’ promozzjoni siewi ħafna għall-letteratura Maltija fl-Iskandinavja. Għall-attività, li ser iseħħ fis-Sala Sir Temi Zammit fid-9 ta’ Novembru, 6: 30 ta’ filgħaxija, kemm l-awtur kif ukoll it-traduttur se jkunu preżenti biex jidħlu f’diskussjoni dwar id-diversi problemi u diffikultajiet fit-traduzzjoni tal-letteratura Maltija għal lingwi barranin, b’mod partikolari fil-kompromess bejn il-fedeltà lejn il-manuskritt oriġinali u t-tendenzi u preferenzi lingwistiċi tal-qarrejja barranin. F’dan ir-rigward Nanna Ġenoveffa huwa każ interessanti – anke l-isem tal-protagonista, Ġenoveffa, għandu konnotazzjonijiet għall-kelliema tal-Malti li jistgħu ma jaħdmux ma’ kelliema ta’ lingwi barranin. U xi ngħidu dwar l-elementi satiriċi, tant ċentrali għar-rumanz? Kif jista’ wieħed joħloq mill-ġdid l-effett f’lingwa daqshekk differenti mill-Malti? Biex tagħti lill-pubbliku idea reali taż-żewġ lingwi differenti se jkun hemm ukoll qari ta ‘silta mill-ktieb: l-attur Malti Christian Galea se jaqra s-silta bil-Malti waqt li l-attur Norveġiż Bendik Østbye Johannessen se jaqra l-istess partijiet fit-traduzzjoni Norveġiża. L-udjenza tkun tista’ tagħmel mistoqsijiet u tikkummenta dwar id-diskussjoni. SHARE POST Related Articles SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More view all similar news
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More