Home / News / Il-Fiera tal-Ktieb f’Londra: LBF 2018 Back to News Il-Fiera tal-Ktieb f’Londra: LBF 2018 Esportazzjoni letterarja • Festivals • London Book Fair • Other 9th March, 2018 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jieħu sehem fil-London Book Fair 2018, il-fiera tal-ktieb ta’ tliet ijiem li seħħ ta’ kull sena f’Olympia, Kensington, u fejn xi wħud mill-akbar pubblikaturi, aġenti u negozjaturi tal-jeddijiet ta’ pubblikazzjoni jingħaqdu bil-għan li jilħqu ftehim dwar il-pubblikazzjoni ta’ xogħlijiet letterarji. Rappreżentanti tal-KNK se jieħdu ħsieb l-istand tal-NBC ġewwa l-fiera, fejn se tintwera għażla ta’ letteratura Maltija kontemporanja. Ser ikollhom ukoll laqgħat ma’ numru ta’ kuntatti sabiex jiffaċilitaw il-bejgħ tal-jeddijiet ta’ traduzzjoni għal numru ta’ rumanzi, fosthom What happens in Brussels, stays in Brussels ta’ Ġużè Stagno u The Confectioner’s Daughter ta’ Lou Drofenik. Jakkumpanjaw ir-rappreżentanti tal-KNK se jkun hemm żewġ awturi u poeti lokali – Immanuel Mifsud u Walid Nabhan, li se jipparteċipaw f’żewġ seminars: wieħed dwar it-traduzzjoni tal-letteratura ta’ lingwi ta’ minoranza u ieħor dwar is-suġġett ta’ inklużjoni, lokalizzazzjoni u ċensura. L-awturi se jaqraw ukoll poeżiji tagħhom fil-Poetry Pavilion matul il-fiera. L-awtur u t-traduttur Malti-Norveġiż Kristina Quintano se tingħaqad mar-rappreżentanti tal-NBC sabiex tgħin fin-negozjati ma’ għadd ta’ djar tal-pubblikazzjoni Skandinavi. Quintano hija figura magħrufa sew fix-xena letterarja Maltija, prinċipalment iżda mhux biss għat-traduzzjoni ta’ Il-Ħajja Sigrieta tan-Nanna Ġenoveffa ta’ Trevor Żahra għan-Norveġiż. Ir-rappreżentanti tal-NBC se jkunu qed jiltaqgħu ma’ pubblikaturi mir-Russja, l-Ukrajna, il-Gran Brittanja u minn diversi pajjiżi Għarab, sabiex jippreżentaw, apparti r-rumanzi msemmija hawn fuq, xogħlijiet minn awturi oħra rebbieħa ta’ premji letterarji bħal Clare Azzopardi, Alex Vella Gera, Immanuel Mifsud u Walid Nabhan. L-istand tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jinsab f’pożizzjoni ċentrali fil-pjan t’isfel, 6G50. Il-Kunsill se jaqsam l-istand mal-kumpanija lokali tal-ipprintjar, Gutenberg Press. Il-fiera tiftaħ nhar it-Tlieta 10 ta’ April. Filgħaxija, il-KNK ser jagħti riċeviment fl-istand tiegħu għal numru ta’ pubblikaturi barranin u kuntatti importanti fl-industrija tal-kotba internazzjonali. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More