Home / News / Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2018 Back to News Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2018 Festivals • Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 17th August, 2018 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jgħarraf lill-pubbliku li l-bord tal-aġġudikazzjoni għall-edizzjoni tal-2018 tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka se jiltaqa’ l-ġimgħa d-dieħla sabiex il-membri jagħżlu l-finalisti fil-kategoriji differenti taż-żewġ premjijiet. Il-lista se tiġi ppubblikata fuq is-sit tal-Kunsill u fil-gazzetti lokali fil-ġimgħat ta’ wara. Il-kotba li jidhru fil-lista tal-finalisti jistgħu jitqiesu fost l-aqwa xogħlijiet letterarji ppubblikati lokalment fl-2017 u għalhekk għandhom ikunu ta’ interess kbir għall-pubbliku. Dawn il-kotba ser ikunu għall-bejgħ fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018 (7-11 ta’ Novembru, MCC, il-Belt Valletta). Ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka se jitħabbru f’ċerimonja magħluqa waqt il-ftuħ uffiċjali tal-Festival fis-6 ta’ Novembru. Ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jitħabbru aktar tard fiċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet li se ssir fil-Berġa ta’ Kastilja taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru fit-30 ta’ Novembru. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More