Home / News / Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 – avviż Back to News Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 – avviż Festivals • Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 15th November, 2018 Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-aktar premju letterarju prestiġġjuż li jingħata lil awturi, pubblikaturi u illustraturi għal xogħlijiet ippubblikati lokalment is-sena ta’ qabel. Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 għall-kotba ppubblikati fl-2017 se jiġi ċċelebrat nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Novembru fil-Berġa ta’ Kastilja f’ċerimonja privata. Minn total ta’ 25 finalist f’erba’ kategoriji, tneħħi l-kategoriji tad-drama, in-novelli u t-traduzzjonijiet li fihom l-ebda xogħol ma kien magħżul, ir-rebbieħa f’kull kategorija se jitħabbru u jkunu mistiedna flimkien mal-pubblikatur tal-ktieb rebbieħ biex jieħdu l-premju. Iċ-ċerimonja se sseħħ taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru. Il-Premju, li l-istorja tiegħu tmur lura għall-1971, jinkludi seba’ kategoriji b’kollox. Jinkludi wkoll premjijiet speċjali ta’ rikonoxximent, bħall-premju prestiġġjuż għal Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kitba u l-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti. Il-Premju Terramaxka, li ċ-ċerimonja tal-premjazzjoni tiegħu ġiet iċċelebrata f’avveniment magħluq f’Dar il-Mediterran nhar it-Tlieta 6 ta’ Novembru, jippremja kotba għal tfal u adulti żgħar, filwaqt li l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb huwa aktar orjentat lejn l-adulti bil-kategoriji ta’ poeżija, drama, traduzzjoni, riċerka bijografika u storjografika, u riċerka ġenerali. Il-kotba finalisti fil-kategoriji kollha kienu kienu numerużi mhux ħażin din is-sena, b’mod partikolari l-kategorija tar-rumanzi u ż-żewġ kategoriji ta’ riċerka. Il-lista tal-finalisti tal-Premju 2018 ħarġet aktar kmieni din is-sena, f’Awwissu, u membri tal-pubbliku huma mħeġġa biex jaqraw b’attenzjoni din il-lista bħala indikatur ta’ min joqgħod fuqu tal-aħjar letteratura ppubblikata fl-2017. Ir-riżultati se jitħabbru minnufih wara ċ-ċerimonja nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Novembru bi stqarrija stampa li tiġi ppubblikata fuq il-websajt u l-FB tal-KNK, kif ukoll fil-gazzetti lokali. [add_posts category=book-prize-en show=100] SHARE POST Related Articles Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More view all similar news
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More
L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More