Home / News / Il-KNK jesprimi s-sogħba tiegħu għall-mewt ta’ Pawlu Mizzi Back to News Il-KNK jesprimi s-sogħba tiegħu għall-mewt ta’ Pawlu Mizzi Inizjattivi • Other 5th August, 2019 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jesprimi s-sogħba tiegħu għall-mewt ta’ Paul Mizzi, li ħalliena llum, il-5 t’Awwissu 2019. Mizzi, il-fundatur ta’ Klabb Kotba Maltin (1970) u Midsea Books Ltd (1974), kien pijunier fl-industrija tal-kotba f’Malta u miegħu hemm ippubblikati bosta mill-aktar kotba fundamentali fil-letteratura Maltija, fosthom id-dizzjunarji ta’ Ġużè Aquilina u Erin Serracino Inglott, il-kotba ta’ Oliver Friggieri u d-drammi ta’ Francis Ebejer, il-poeżiji ta’ Doreen Micallef u kotba oħra ta’ studji storiċi ta’ Godfrey Wettinger. Kien attiv ħafna fil-qasam tal-kotba f’Malta, billi ħadem ma’ diversi gvernijiet sabiex tittella’ ta’ kull sena l-Fiera tal-Ktieb, li fil-bidu tagħha kellha xeħta internazzjonali, u li Mizzi kien jifforma parti mill-ewwel kumitat tagħha. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jibgħat il-kondoljanzi tiegħu lill-familja Mizzi, u jqawwi qalb Joe Mizzi biex ikompli bil-ħidma sfiqa tiegħu biex l-industrija tal-kotba f’Malta tkompli tikber b’kotba ta’ aktar kwalità, b’awturi li jkunu jistgħu jgħixu minn fuq il-kotba li jippubblikaw, u finalment b’poplu li jikkonsma l-letteratura b’mod intelliġenti. Ritratt: www.midseabooks.com SHARE POST Related Articles Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 26th May, 2025 Read More view all similar news
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More
L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More
Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More
Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 26th May, 2025 Read More