Home / News / Il-KNK b’għotja ta’ kotba tal-Premju Terramaxka lill-UNHCR Malta Back to News Il-KNK b’għotja ta’ kotba tal-Premju Terramaxka lill-UNHCR Malta Inizjattivi • Other 5th December, 2019 [vc_row][vc_column][vc_column_text]Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ta donazzjoni konsiderevoli ta’ kotba finalisti tal-Premju Terramaxka lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati f’Malta (il-UNHCR Malta). L-għotja saret bi sħab ma’ Malta Libraries, li taw kotba għat-tfal u l-adolexxenti bl-Ingliż. Il-kotba mogħtija mill-KNK kienu l-finalisti kollha tal-Premju Terramaxka ta’ dis-sena u xi wħud mis-snin ta’ qabel. Il-biċċa l-kbira tal-kotba kienu bil-Malti u se jkunu jistgħu jintużaw mill-komunità tar-refujati f’Malta. Id-donazzjoni seħħet fil-Librerija Pubblika Ċentrali l-Furjana fil-preżenza tal-Medjatur Kulturali tal-UNHCR f’Malta, Asma Labidi mat-tim tagħha u rappreżentanti ta’ Malta Libraries. L-uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati f’Malta fetaħ fl-2005 u jifforma parti mill-uffiċċju reġjonali ta’ Ruma. L-ewwel sfidi tal-uffiċċju kienu li jilqa’ l-influss għoli ta’ persuni mil-Libja fi triqithom lejn l-Ewropa. Il-UNHCR taħdem mill-qrib mal-Gvern Malti, imsieħba soċjali u għadd ta’ organizzazzjonijiet u għaqdiet mhux governattivi lokali mhux biss biex jinstabu soluzzjonijiet fit-tul għar-refuġjati u l-benefiċjarji tal-protezzjoni f’Malta, imma wkoll biex titkellem favur aċċess aħjar għall-protezzjoni u l-kundizzjonijiet tal-ażil f’Malta; għal sistema ta’ ażil li tkun sensittiva għall-protezzjoni u l-politika relevanti; għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-imsieħba governattivi u l-aġenziji; u biex tkabbar il-kuxjenza ġenerali dwar l-isfidi tal-ażil f’Malta. Il-KNK jawgura lill-ħaddiema kollha tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati f’Malta, u jispera li b’din il-kontribuzzjoni żgħira l-komunità tar-refuġjati u l-benefiċjarji tal-protezzjoni f’Malta jħossuhom aktar siguri u milqugħa.[/vc_column_text][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_gallery type=”image_grid” images=”10076,10074,10073,10067″][/vc_column][/vc_row] SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More