Home / News / Taħt il-Qoxra: Joseph Paul Cassar Back to News Taħt il-Qoxra: Joseph Paul Cassar Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 28th September, 2020 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Joseph Paul Cassar. Mal-mistieden tkellimna l-aktar dwar l-arti moderna f’Malta, f’relazzjoni maż-żewġ volumi ta’ kotba tiegħu Pioneers of Modern Art in Malta, li t-tieni volum tagħha huwa finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020. Staqsejnieh dwar id-differenza bejn artisti Maltin li studjaw fl-akkademji Rumani u dawk li studjaw fir-Renju Unit, l-iżvilupp tal-arti moderna Maltija bis-saħħa tas-safar, kollaborazzjonijiet bejn artisti u kittieba moderni fis-Sittinijiet, l-arti moderna u r-realiżmu fi żmien ta’ taqlib politiku, u gruppi ta’ artisti Maltin fit-Tieni Nofs tas-Seklu Għoxrin, fost affarijiet oħra. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Joseph Caul Cassar huwa Professur tal-Arti fid-Dipartiment tal-Arti Grafika u l-Komunikazzjoni fl-Università ta’ Maryland. Studjuż li jispeċjalizza fl-istorja moderna Maltija fil-kamp tal-Arti Viżiva. Kien kritiku tal-arti ta’ Daily News u Times of Malta, u serva fil-Bord Eżekuttiv ta’ Spazju Kreattiv. Prof. Cassar huwa l-awtur ta’ diversi kotba dwar l-Istorja tal-Arti Moderna Maltija. Irċieva l-midalja tad-deheb għall-kontribut fil-qasam tal-arti Maltija mis-Soċjetà tal-Arti, Manifattura u Kummerċ. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More