Home / News / Il-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK: Jitħabbru r-riżultati Back to News Il-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK: Jitħabbru r-riżultati Fondi • Fondi awdjoviżivi • Other 9th November, 2021 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed ħabbar ir-riżultati tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku 2021. Il-fond bijennali kien tnieda f’Lulju tal-2019 bil-għan li jippromwovi x-xogħlijiet letterarji Maltin bis-saħħa ta’ produzzjoni ta’ film ibbażat fuq rumanz rebbieħ jew finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Dal-fond ikopri l-aspetti kollha fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ proġett wieħed rebbieħ, sa massimu ta’ allokazzjoni finanzjarja ta’ €200,000. Il-kumpanija awdjoviżiva Take Two se tkun qed tirċievi l-fond biex tipproduċi film adattat minn Castillo ta’ Clare Azzopardi (Merlin Publishers, 2018), li kien finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 fil-kategorija tar-rumanzi. Il-proġett se jitmexxa minn Abigail Mallia. Fil-ġudizzju tiegħu l-bord aġġudikattiv indipendenti, magħmul minn Rebecca Anastasi, Kenneth Scicluna u Andrei Vella Laurenti, innota li l-proġett sottomess minn Take Two se jersaq lejn il-materja prima testwali b’mod li hu sensittiv kemm tematikament kif ukoll narrattivament, u li l-applikazzjoni tagħti kont ta’ deċiżjonijiet viżwali li għandhom joħolqu mill-ġdid id-dinja tar-rumanz. Il-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK kien miftuħ għall-appliklazzjonijiet mis-17 ta’ Mejju sat-30 t’Awwissu 2021, u l-applikanti eliġibbli kienu mistiedna jippreżentaw il-proġett tagħhom lill-bord aġġudikattiv f’Settembru. Applikazzjoni eliġibbli waħda daħlet għal din l-edizzjoni tal-fond. Sal-aħħar tas-sena l-benefiċjarju tal-fond se jintalab jidħol f’kuntratt mal-KNK għall-produzzjoni tal-film. SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More