Home / News / Toħroġ sejħa għal poeżiji tradotti mil-lingwi ta’ Malta Back to News Toħroġ sejħa għal poeżiji tradotti mil-lingwi ta’ Malta Other 16th February, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jikkollabora mar-rivista Modern Poetry in Translation (MPT), u għadha kif ħarġet sejħa għal poeżiji Maltin tradotti għall-Ingliż. Is-sejħa tal-MPT li tinsab hawn, hija miftuħa għal poeżiji tradotti minn kwalunkwe lingwa Maltija bħal-Lingwa tas-Sinjali Maltija u l-Malti. Għalhekk, qed tistieden tressiq ta’ poeżiji tradotti għall-Ingliż li qatt ma ġew ippubblikati qabel; kif ukoll poeżiji bl-Ingliż li nkitbu oriġinarjament minn poeti Maltin. Kulħadd mistieden jissottometti t-traduzzjonijiet tal-poeżiji li sa issa għadhom ma ġewx ippubblikati. L-għażla ta’ liema minnhom jiġu ppubblikati se ssir mill-editriċi Khairani Barokka. Id-data ta’ skadenza hija t-13 ta’ April. Il-poeżiji magħżula se jidhru fil-ħarġa ta’ Ġunju/Lulju 2023, li se jkollha fokus speċjali fuq dawn il-poeżiji mressqa. Il-linji gwida tas-sejħa hija li jitressqu sa massimu ta’ sitt poeżiji għal kull poeta (u mhux għal kull traduttur). Il-MPT hija rivista li tressaq flimkien l-aqwa poeżija, esejs u reċensjonijiet riċenti minn madwar id-dinja. Ir-rivista għandha l-għan li tagħti vuċi lil min m’għandux, ’il-eżiljat u ’l-eskluż, waqt li toħloq komunità diversa u kreattiva ta’ tradutturi, poeti u qarrejja. Din il-ħarġa għandha sservi bħal vetrina unika għall-poeżija Maltija lil hinn mix-xtut Maltin. SHARE POST Related Articles Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More view all similar news
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More
L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More