Home / News / Toħroġ il-formola tal-esebituri għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 Back to News Toħroġ il-formola tal-esebituri għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 Festivals • Other 11th May, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed jiftaħ l-applikazzjonijiet għall-esebituri li jridu jieħdu sehem fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023, li se jittella’ bejn nhar l-Erbgħa 18 u l-Ħadd 22 ta’ Ottubru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet f’Ta’ Qali (MFCC). L-użu tal-MFCC, li huwa l-akbar post f’Malta fejn isiru l-konferenzi u l-esebizzjonijiet, ifisser titijib f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħtiġijiet loġistiċi tal-imsieħba u l-viżitaturi tagħna, fosthom l-aċċessibiltà u l-parkeġġ. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-aktar ċelebrazzjoni prestiġġjuża tal-kotba f’Malta. Organizzat f’dan iż-żmien partikulari tas-sena, il-Festival jattira ħafna nies u numru ta’ esebituri li kulma jmur jikber. Minbarra s-servizzi lill-esebituri u lill-pubbliku, dan l-avveniment joffri lok tajjeb għall-professjonisti fl-industrija tal-kotba biex jiltaqgħu u jitkellmu. L-applikazzjoni, bir-regolamenti, il-proviżjonijiet u l-prezzijiet aġġornati, hija miftuħa għall-pubblikaturi lokali u internazzjonali kollha, distributuri tal-kotba, ħwienet tal-kotba, aġenziji tal-kotba u kittieba awtoppubblikati. Għaqdiet mhux governattivi (NGOs) u entitajiet pubbliċi li l-kamp tal-attività tagħhom jinvolvi l-pubblikazzjoni ta’ materjal letterarju jew il-promozzjoni tal-letteratura huma wkoll eliġibbli biex japplikaw. L-istands kollha se jkunu ssussidjati b’75% mill-KNK. Sabiex issir aktar promozzjoni tal-Festival, il-KNK qed jerġa’ joffri l-iskema ta’ rifużjoni lill-esebituri. Il-promozzjoni għandha ssir b’mod li tilħaq kemm jista’ jkun firxa wiesgħa tal-pubbliku u ssir bi spirtu li l-esebituri jgħinu lil esebituri oħra biex jilħqu kemm jista’ jkun nies. Qed nirreferu għall-promozzjoni tal-Festival innifsu, l-avvenimenti u l-kotba tal-esebituri, u/jew il-parteċipazzjoni nnifisha tal-esebitur bis-saħħa ta’ reklami jew avviżi fl-istampa lokali jew tagħrif promozzjonali ibbuwstjat fuq il-mezzi soċjali. Dawk kollha interessati jieħdu sehem huma mħeġġa biex japplikaw kmieni u jippreżentaw, flimkien mal-applikazzjoni tagħhom, lista dettaljata (jekk hemm) ta’ attivitajiet li jixtiequ jinkludu fil-programm kulturali tal-Festival. Ġentilment ninfurmaw li dawk l-applikazzjonijiet li jiddaħħlu kmieni jistgħu jingħataw preferenza fil-programm tal-attivitajiet. L-applikanti mistennija jaqraw bir-reqqa t-termini u l-kundizzjonijiet kollha qabel japplikaw. Preferibbilment, l-applikazzjoni timtela online mis-sit tal-KNK, inkella tintbagħat bil-posta sat-Tnejn, 12 ta’ Ġunju 2023, waqt li l-ħlas jenħtieġ li jsir sat-30 ta’ Ġunju. Dawk l-esebituri li jippreferu jibagħtu l-formola bil-posta, mitluba jibagħtuha f’dan l-indirizz: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Kumpless Bice Mizzi Vassallo Triq Arnhem Pembroke PBK1776 Żur is-sit jew il-paġna Facebook tal-KNK għal aktar aġġornamenti dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar eliġibbiltà biex tipparteċipa bħala esebitur jekk jogħġbok kellem lil Matthew Borg jew lil Andrew Ricca. SHARE POST Related Articles IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More Inniedu l-Powster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25! Festivals 16th June, 2025 Read More Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 26th May, 2025 Read More Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More view all similar news
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More
L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More
Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More
Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 26th May, 2025 Read More
Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More