Home / News / Dwar #kotbakitbauaktar – Inlaqqgħukom mal-maskots tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 Back to News Dwar #kotbakitbauaktar – Inlaqqgħukom mal-maskots tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 Festivals • Other 4th September, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’esperjenza multisensorja fl-MFCC f’Ottubru li ġej Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed jippreżenta – fost ħafna eċitament – il-poster uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023, li jiġbor fih l-ispirtu multisensorjali tal-edizzjoni ta’ dis-sena fiċ-ċelebrazzjoni tal-kelma miktuba. Il-vjaġġ se jkun wieħed ’l hinn minn #kotbakitbauaktar! Mifrux fuq ħamest ijiem bejn it-18 u t-22 ta’ Ottubru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) Ta’ Qali, għal darb’oħra l-Festival huwa l-punt ta’ referenza għall-kittieba, il-pubblikaturi, it-tradutturi, u l-illustraturi Maltin, iżda aktar minn hekk għall-pubbliku ġenerali li għandu l-kotba u l-qari għal qalbu. Din iċ-ċelebrazzjoni unika se tkun qed iddomm mal-50 esebitur armati fuq 8,000 metru kwadru ta’ spazju, li jinkludu pubblikaturi, bejjiegħa tal-kotba u NGOs. L-ispazju jinkludi wkoll inħawi apposta għall-attivitajiet, fosthom tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba u diskussjonijiet, u fl-istess ħin joffri biżżejjed spazju għal aċċessibiltà u parkeġġ bla inkwiet. Dan l-avveniment annwali kulħadd ikun qed jistennieh, mill-individwi sal-familji, u jitħejja dejjem mill-KNK bil-ħsieb ewlieni li titkattar l-industrija tal-kotba lokali u biex ebda qarrej ma jitħalla barra minnha. Il-poster huwa illustrat minn Moira Scicluna Zahra u ddisinjat minn Sarah Cachia Falzon, u jippersonalizza b’mod lewwieni u viżiv il-miri mpoġġija għal dan l-avveniment. Il-maskots – li diġà laqqajniekom magħhom fil-mezzi soċjali tagħna – jinkludu lil Ray il-Qarrej, sajjied immaġinarju dejjem bi ktieb f’idejh, lil Filip il-Kittieb, awtur mistur li jħobb jara l-kelma mibdula f’teatru, lil Ċiċi l-Ispettatriċi, qattusa kurjuża li tagħżel xħin tara xow letterarju, u lil Mia s-Semmiegħa, ħabbieba tal-mużika li taqbad tiżfen mal-istejjer. Qarrejja tal-esperjenza u dawk li l-kotba jikluhom se jkunu ttrasportati minn dal-karattri sabiex jesploraw il-kapaċitajiet kreattivi li ssorr fiha l-letteratura, bis-saħħa ta’ attivitajiet li fihom midja differenti. Hawnhekk qed nitkellmu dwar esebizzjonijiet, kunċerti, sessjonijiet ta’ qari u eżekuzzjonijiet poetiċi – dawn kollha se ssibhom fil-Festival. Paripassu mal-ħsieb tal-KNK li jwassal il-letteratura b’mod diversifikat u fl-istess ħin iqawwi l-komunità kreattiva lokali, dawn l-erba’ karattri se jkunu qed jidhru f’animazzjoni mill-isbaħ maħluqa minn Kyle Xuereb Cunningham, filmat li kien ikkummissjonat mill-KNK wara sejħa miftuħa, u għażla li saret b’kollaborazzjoni mal-Malta Community of Illustrators. [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=60WwMtGJ_XI[/embedyt] U wara din l-introduzzjoni kemxejn entużjasta dwar il-maskots tagħba, il-KNK jistieden lill-pubbliku jibqa’ jsegwi l-aġġornamenti tagħna hekk kif il-Festival kulma jmur joqrob. Tant hu hekk, li daqt inkellmukom dwar il-programm tal-attivitajiet meta nħabbruh fit-12 ta’ Settembru. Lets ruħkom għal programm mimli attivitajiet li jolqtu l-gosti ta’ kulħadd. Żomm ruħek aġġornat billi ssegwi s-sit tal-KNK u l-paġni tal-FB tiegħu u tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. SHARE POST Related Articles Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 29th April, 2025 Read More Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More view all similar news
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 29th April, 2025 Read More
Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More