Home / News / Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Back to News Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) iħabbar bi pjaċir it-tiġdid tal-kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Commonwealth għal edizzjoni oħra tal-Premju Commonwealth għan-Novelli. Għat-tielet darba konsekuttiva, il-KNK qed iservi ta’ pont sabiex il-kittieba Maltin jissottomettu novella bil-lingwa nattiva tagħhom u jkunu megħjuna fit-traduzzjoni għall-Ingliż sabiex tiġi aġġudikata. Il-Premju Commonwealth għan-Novelli qed jilqa’ s-sottomissjonijiet sal-1 ta’ Novembru 2025. Il-konkors jinsab fil-ħmistax-il sena tiegħu, u jippremja l-aħjar biċċa xogħol ta’ letteratura fittizja mhux ippubblikata bl-Ingliż jew tradotta għall-Ingliż (2,000–5,000 kelma). Kull sena jkun hemm ħames stejjer rebbieħa magħżula mill-ħames reġjuni tal-Commonwealth – l-Afrika, l-Ażja, il-Kanada u l-Ewropa, u l-Karibew u l-Paċifiku. Waħda minn dar-rebbieħa reġjonali tintgħażel bħala r-rebbieħa fuq kulħadd. Kull rebbieħ reġjonali jingħata premju monetarju ta’ £2,500, u r-rebbieħ fuq kulħadd £5,000. Kull storja rebbieħa tkun ippubblikata fuq il-fuljett letterarju Granta. Il-kittieba minn Malta jistgħu jissottomettu n-novella tagħhom bil-Malti jew bl-Ingliż. Il-lista t-twila tas-sottomissjonijiet bil-Malti tkun tradotta għall-Ingliż sabiex tiġi aġġudikata mill-bord. Il-parteċipanti li se jdaħħlu xogħolhom bil-Malti jridu jispeċifikaw min hu t-traduttur tal-għażla tagħhom, jekk hemm bżonn, waqt il-proċess tal-applikazzjoni online. Fil-ġimgħat ta’ qabel il-ftuħ tas-sottomissjonijiet, il-KNK nieda workshop tour dwar il-finzjoni qasira, li se jseħħ bejn id-29 t’Awwissu u l-10 t’Ottubru, immexxi minn erba’ tuturi differenti, kif ukoll ippubblika l-artiklu ‘X’Jagħmel Novella Kbira?’. Dawn l-inizjattivi saru mhux biss bil-għan li jgħinu lill-kittieba jirfinaw is-sottomissjonijiet tagħhom għall-Premju Commonwealth għan-Novelli, iżda anki biex iservu bħala għajnuna għal żvilupp professjonali usa’. Dan l-iżvilupp huwa wieħed mit-tiri ewlenin li l-KNK jixtieq jasal għalihom bis-saħħa tal-Viżjoni Strateġika fuq Ħames Snin. Il-konkors miftuħ għal persuni li għandhom 18-il sena jew aktar, u huwa b’xejn. Kull kittieb jista’ jissottometti xogħol wieħed biss. Ir-regolamenti u l-kriterji tal-eliġibbiltà ssibhom hawnhekk. Il-kittieba Maltin imħeġġin idaħħlu xogħolhom għall-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Novembru 2025, biex b’hekk jidħlu fiċ-ċans li jpoġġu l-letteratura Maltija fuq il-mappa dinjija. Żur is-sit tal-Premju Commonwealth għan-Novelli għal aktar informazzjoni. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More