Home / News / Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Back to News Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ippreżenta donazzjoni konsiderevoli ta’ kotba lill-Komunità Santa Marija (Aġenzija Sedqa), li se jimlew l-ixkafef tal-librerija u jkunu jistgħu jintużaw mir-residenti li qed jattendu programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga. Il-preżentazzjoni tal-kotba saret mill-Kap Eżekuttiv Mark Camilleri, u l-Manager Anzjan tal-KNK, Matthew Borg, lill-Unit Leader Miguel Buttigieg u l-Operations Manager Ashley Cumbo mis-Sedqa. Il-lista ta’ kotba tinkludi rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, tal-Premju Terramaxka, kotba li kienu fil-lista finali ta’ dawn l-istess premji u kotba oħra maħruġa minn pubblikaturi Maltin fl-aħħar sentejn. Fost l-oħrajn, il-kotba jvarjaw minn letteratura fittizja bħal rumanzi, ġabriet ta’ novelli, poeżija u drama, għal letteratura mhux fittizja bħal bijografiji u storjografiji. Minbarra d-donazzjoni ta’ kotba li ssir kull sena lil Malta Libraries sabiex jitqassmu fl-ixkafef tal-libreriji pubbliċi, donazzjonijiet oħra bħal dawn il-KNK jagħmilhom sabiex il-kotba jkunu aktar aċċessibbli għal setturi speċifiċi tas-soċjetà. F’linja mat-tema tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 li sar ix-xahar l-ieħor – Nikteb mill-Ġdid – il-KNK jawgura li l-kotba u l-qari tal-letteratura jkunu ħolqa oħra fi proċess ta’ bidla trasformattiva mhux għar-residenti biss, imma għal kulħadd. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More