Skip to content

Lejla ma’ Esther García Llovet – KNK 🇬🇧

6th November, 2026
7:00 PM - 8:30 PM
Lejla ma’ Esther García Llovet – KNK 🇬🇧

Ingħaqdu magħna għal lejla mar-rumanziera rinomata Spanjola Esther García Llovet, li se tiġi intervistata waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb minn Charlie Cauchi, artista interdixxiplinarja, produttriċi tal-films u riċerkatriċi.

Ix-xogħlijiet narrattivi ta’ García Llovet naqqxu lok sinifikanti fil-finzjoni kontemporanja internazzjonali, billi joffru lill-qarrejja titwila bla xinxilli lejn Spanja tal-lum il-ġurnata. Fi Spanish Beauty, Llovet tbiddel il-moqżież fi sbuħija mhux tas-soltu, u tuża l-estetika ġjalleska noir biex tiddeskrivi lil Benidorm, il-belt tal-port magħrufa għax-xalar. It-Times Literary Supplement tiddeskrivi Sánchez, it-tieni xogħol tagħha maqlub għall-Ingliż, bħala “rumanz dwar il-mistkerrah fil-belt tlellex ta’ Madrid”.

Il-parteċipazzjoni ta’ Esther García Llovet setgħet issir bis-saħħa tal-għajnuna tal-Ambaxxata ta’ Spanja f’Malta. Wara l-avveniment, il-kittieba se tiffirma l-kotba tagħha. Il-parteċipazzjoni se tkun limitata abbażi ta’ min japplika l-ewwel jinqeda l-ewwel. L-attendenza hija bla ħlas, iżda kull min jixtieq jattendi jrid jirreġistra.

García Llovet twieldet f’Málaga fl-1963. Fl-1970, marret tgħix Madrid biex tistudja l-psikoloġija klinika u d-direzzjoni tal-films, u għadha tgħix hemm sal-lum il-ġurnata. Bdiet tikteb fis-sena 2000, u kitbet tmien rumanzi, inklużi t-tliet rumanzi tal-ġabra magħrufa tagħha Snapshot Trilogy ta’ Madrid. Spanish Beauty huwa l-ewwel episodju tat-triloġija l-ġdida tagħha, It-Triloġija tal-Lvant Spanjol.

Xogħolha kiseb suċċess mal-kritiċi u huwa magħruf għall-istil ċinematiku intens u r-realiżmu Chandleresk distint tiegħu. García Llovet tikteb f’diversi antoloġiji u gazzetti, tittraduċi mill-Ingliż u għamlet isem ukoll fid-dinja tal-fotografija.

Post: Is-Sala tal-Kittieba

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.