Home / News / Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Back to News Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 29th April, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti (KMA) qed iniedi sejħa għal sottomissjonijiet għall-esebizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025, From Illustration to Book. Il-Festival u l-esebizzjoni se jittellgħu bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru 2025 fiċ-Ċentru tal-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC), Ta’ Qali. Din se tkun ir-raba’ edizzjoni ta’ esebizzjoni dedikata għad-disinji u l-illustrazzjonijiet tal-kotba, u hija parti integrali mill-attivitajiet marbuta mal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. L-għan ta’ From Illustration to Book huwa li sservi bħala vetrina għax-xogħlijiet tal-illustraturi u d-disinjaturi ewlenin tal-kotba f’Malta, waqt li tfakkar il-pijunieri f’dan il-qasam permezz ta’ diversi sezzjonijiet apposta: ‘Illustration Today’, ‘Artist Spotlight’, ‘Maltese Illustrated Characters’, u żona dedikata għall-Malta Community of Illustrators (MCOI), fejn se jiġu esebiti xi xogħlijiet magħżula mill-edizzjoni ta’ dis-sena tal-Illustration Annual. Mis-sena l-oħra ġiet introdotta fergħa ġdida f’din l-esebizzjoni, li ġġib l-isem ta’ ‘From Idea to Illustration’. Din iż-żieda toffri ħarsa minn wara l-kwinti ta’ diversi xogħlijiet esebiti f’‘Illustration Today’ u tiżvela l-istadji bikrija tal-proċess artistiku. Din is-sezzjoni tixgħel bozza fuq l-attitudnijiet u l-istili tal-artisti permezz ta’ ġabra ta’ skeċċijiet, disinji u noti. Permezz ta’ din is-sejħa miftuħa, il-KNK u l-KMA qed jilqa’ sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet minn artisti kemm lokali kif ukoll internazzjonali biex jiġu esebiti f’‘Illustration Today’ u ‘From Idea to Illustration’. Din is-sena, l-esebizzjoni se tiftaħ il-bibien tagħha għal artisti minn madwar id-dinja, b’sezzjoni dedikata għall-illustrazzjoni internazzjonali. Din l-inizjattiva tifforma parti mill-kollaborazzjoni strateġika bejn il-KNK u l-KMA li għandha l-għan li tippromwovi l-innovazzjoni fi ħdan l-industrija tal-pubblikazzjoni lokali biex tħeġġeġ, tgħin u tikkultiva l-iżviluppar ta’ ideat ġodda, u b’dan il-mod toħloq ambjent li jistimola l-ħsieb kreattiv u l-esplorazzjoni ta’ mogħdijiet ġodda fi ħdan l-industrija tal-pubblikazzjoni lokali. X’Qegħdin Infittxu Nistednuk biex tressaq illustrazzjonijiet u/jew disinji biex jiġu kkunsidrati għall-esebizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 From Illustration to Book. Jiġu aċċettati dawn li ġejjin: 📚🎨 il-qoxra finali tal-ktieb b’tipografija u illustrazzjoni; 📚🎨 jew l-illustrazzjoni nnifsiha li hija parti mill-qoxra tal-ktieb iżda ppreżentata indipendentament mill-qoxra; 📚🎨 jew illustrazzjoni mill-paġni ta’ ġewwa tal-ktieb bħala parti mit-tqassim interjuri tal-ktieb; 📚🎨 jew l-illustrazzjoni nnifisha li hija parti mit-tqassim interjuri tal-ktieb imma ppreżentata indipendentament mill-ktieb; 📚🎨 jew disinn grafiku ta’ qoxra ta’ ktieb ippubblikat jew tal-paġni ta’ ġewwa. ❗️Qed naċċettaw ukoll skeċċijiet jew xogħlijiet fi stat bikri tal-illustrazzjonijiet sottomessi biex jiġu esebiti f’sezzjoni msejħa ‘From Idea to Illustration’. L-applikant jista’ jressaq dan it-tip ta’ xogħol li diġà ġie ppubblikat jew li se jiġi ppubblikat sal-ġurnata tal-ftuħ tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (il-5 ta’ Novembru 2025): ‘ippubblikat’ jew ‘awtoppubblikat’; minn ktieb mitbugħ jew e-book; illustrazzjoni/disinn grafiku għal ktieb ippubblikat (b’ISBN Malti) minn illustratur/disinjatur b’ċittadinanza Maltija jew lil hinn; jew illustrazzjoni/disinn grafiku minn illustratur Malti għal ktieb ippubblikat barra minn xtutna (b’ISBN barrani). jew illustrazzjoni/disinn grafiku minn illustratur/disinjatur b’ċittadinanza mhux Maltija (b’ISBN barrani). Kif Tapplika Jekk jogħġbok ressaq massimu ta’ tliet (3) xogħlijiet artistiċi f’formatt ta’ b’reżoluzzjoni għolja (fajl tat-tip pdf, jpg jew eps) b’dawn is-sottotitoli: 📝 ILLUSTRATUR 📝 ISEM TAX-XOGĦOL ARTISTIKU 📝 MEZZ 📝 DETTALJI TA’ KUNTATT (Instagram or other social media, website) 📝 TITLU TAL-KTIEB Jekk jogħġbok ressaq l-applikazzjoni tiegħek permezz ta’ din il-ħolqa, u fiha inkludi: ħolqa tax-xogħol artistiku tiegħek u l-iskeċċijiet, jekk applikabbli, permezz ta’ ħolqa għal Google Drive b’aċċess mhux ristrett; is-CV tiegħek, u; bijonota ta’ bejn 20 u 30 kelma. Jekk possibbli, ibgħat skeċċ jew kampjun tax-xogħol artistiku tiegħek meta kien għadu mhux finalizzat jew fi stadu ta’ ppiċċjar, sabiex jidher f’sezzjoni speċjali fuq il-proċess ta’ ħsieb, pitching/kummissjonar u pubblikazzjoni. Se jintgħażlu massimu ta’ żewġ (2) illustrazzjonijiet u/jew disinji minn kull artist għas-sezzjoni ‘Illustration Today’ tal-esebizzjoni. L-illustrazzjonijiet magħżula se jkunu akkumpanjati mill-kopji tal-pubblikazzjoni korrispondenti. Aktar dettalji fil-formola tal-applikazzjoni. Il-Proċess ta’ Għażla Is-sottomissjonijiet se jiġu evalwati minn kumitat immexxi mill-KNK u l-KMA skont it-tliet kriterji li ġejjin: 💡 L-idea u l-kuntest ⚙ Is-sengħa u t-teknika 🚀 Il-kreattività u l-innovazzjoni Dati Importanti Sejħa Miftuħa: L-Erbgħa, it-30 t’April 2025 Għeluq tas-sottomissjonijiet: It-Tnejn, it-2 ta’ Ġunju 2025 (f’nofsinhar) Tħabbir tar-riżultati: Il-Ġimgħa, l-20 ta’ Ġunju 2025Għal aktar informazzjoni, ibgħat email lil Jasmine Bajada fuq jasmine-alexa.bajada@gov.mt. SHARE POST Related Articles Fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 se Niktbu mill-Ġdid! News 14th May, 2025 Read More Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Kulma għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 Festival Nazzjonali tal-Ktieb 4th November, 2024 Read More Inrawmu Komunità waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 Festivals 30th October, 2024 Read More L-attivitajiet tal-esebituri li m’għandekx titlef waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 Festivals 24th October, 2024 Read More Skambju letterarju waqt iċ-Ċerimonja tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef bejn Ali AlShaali u Murad Shubert Festivals 21st October, 2024 Read More L-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 Festivals 7th October, 2024 Read More Ir-rebbieħ tal-Premju Booker Paul Lynch għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 Festivals 1st October, 2024 Read More Inkiteb għall-workshops u l-masterclasses waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 23rd September, 2024 Read More view all similar news
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Kulma għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 Festival Nazzjonali tal-Ktieb 4th November, 2024 Read More
L-attivitajiet tal-esebituri li m’għandekx titlef waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 Festivals 24th October, 2024 Read More
Skambju letterarju waqt iċ-Ċerimonja tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef bejn Ali AlShaali u Murad Shubert Festivals 21st October, 2024 Read More
Ir-rebbieħ tal-Premju Booker Paul Lynch għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 Festivals 1st October, 2024 Read More
Inkiteb għall-workshops u l-masterclasses waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 23rd September, 2024 Read More