Home / News / Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2024 back to news Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2024 Konkors Nazzjonali tal-Poeżija • Konkorsi Letterarji 8th November, 2024 Ir-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef tħabbru llejla waqt ċerimonja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, ippreżentata minn Antonella Axisa. Dis-sena kien hemm aktar minn 58 poeżija sottomessa, u dan ifisser li l-konkors jibqa’ punt ta’ referenza importanti għal spettru wiesa’ ta’ poeti Maltin. Il-poeżija ‘Ħniex’ ta’ Carmel Scicluna ingħatat l-ewwel post u premju ta’ €1,000 mill-grupp ta’ ġurija li kien magħmul minn John P. Portelli, Rita Saliba u David Bezzina. Ftit snin ilu, fl-2021, Carmel Scicluna rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb bil-ġabra tiegħu L-Ambjent Li Qeridna: Poeżiji (2017-2020) (Horizons), kif ukoll l-istess Konkors Nazzjonali tal-Poeżija f’dik is-sena bil-poeżija ‘Submersi Filii’. L-aġġudikanti tal-konkors iddeskrivew il-poeżija ta’ Scicluna bħala “Poeżija b’metafori ġo metafori, metafori friski u estiżi, iżda metafori li jinftiehmu. Il-ħsus f’din il-poeżija huma kważi ‘mniffsa’ f’linji sofferenti; il-lingwaġġ huwa mirqum u l-element narrattiv imħaddem tajjeb ħafna, imżewwaq b’emozzjonijiet pjuttost qawwija, u kif ukoll element kritiku socjali.” Il-poeżija ‘Stadji Minn Relazzjoni Fittizja’ ta’ Louis Briffa ħadet it-tieni post, u tfaħħret għall-mod innovattiv li bih tfiehem il-qalba tal-emozzjonijiet varji tar-relazzjonijiet fil-kumplessità kollha tagħhom. Intant, il-poeżija ta’ Matteo Pullicino, ‘Dupless’ ġiet fit-tielet post, deskritta mill-aġġudikanti bħala poeżija qawwija ħafna li tħaddem b’mod eċċezzjonali l-istil tal-poeżija duplex. Wait id-diskors tiegħu l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri, esprima ottimiżmu dwar l-għadd ta’ sottomissjonijiet f’din l-edizzjoni. “Għal darb’oħra qed naraw li l-Konkors Nazzjonali ta’ Poeżija Doreen Micallef huwa punt ta’ riferiment għal dawk li jiktbu l-poeżija bil-Malti. Kemm jekk poeti misjura, kemm jekk oħrajn li għadhom fl-ewwel passi tal-kitba poetika, il-Konkors jipprovdi spazju kompetittiv li jisfida l-ħiliet tal-kittieba u fl-istess ħin jirrikonoxxihom. Dawn iż-żewġ aspetti jgħinu sabiez ikollna ambjent kreattiv b’saħħtu li fih il-kittieba tagħna jisseddqu”, qal il-Kap Eżekuttiv. Il-Konkors isir kull sena u jkun miftuħ għal kulħadd. Il-poeżija sottomessa trid tkun bil-Malti, oriġinali, u sa massimu ta’ 36 vers. Ix-xogħol ikun sottomess bi psewdonimu, u jkun aġġudikat anonimament. Il-KNK jirringrazzja lil dawk kollha li tefgħu xogħolhom u lill-membri tal-ġurija. L-edizzjoni li jmiss tiftaħ f’Ġunju tal-2024. Waqt iċ-ċerimonja tal-lejla, il-poeti nominati ġew mistiedna jaqraw ix-xogħol tagħhom. Magħhom ngħaqdet ukoll Leanne Ellul, ir-rebbieħa tal-Konkors tas-sena l-oħra bil-poeżija ‘ix-xnigħat ta’ xmux u dwalijiet għammiexa’. Dis-sena waqt iċ-ċerimonja onorawna bil-preżenza tagħhom il-poeta Malti-Marokkin Murad Shubert u l-poeta Emiratjan Ali AlShaali li skambjaw il-poeżiji ta’ xulxin fi traduzzjoni. Ir-riżultati kollha tista’ tarahom hawnhekk. SHARE POST Related Articles Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Skambju letterarju waqt iċ-Ċerimonja tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef bejn Ali AlShaali u Murad Shubert Festivals 21st October, 2024 Read More Għaliex għandek tikteb Novella: Sejħa għal Kittieba Maltin Konkorsi Letterarji 14th October, 2024 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2025 jiftaħ għal sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż Esportazzjoni letterarja 3rd September, 2024 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2024 Konkors Nazzjonali tal-Poeżija 9th May, 2024 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi tal-KNK għall-2024: Id-dati ewlenin Esportazzjoni letterarja 24th January, 2024 Read More Jitħabbar il-manuskritt rebbieħ tal-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ u titnieda l-edizzjoni tal-2024 Inizjattivi 13th January, 2024 Read More Sejħa Miftuħa għall-Evalwaturi Fondi 18th December, 2023 Read More Sejħa għal tradutturi letterarji – il-Premju tal-Commonwealth tan-Novelli 2024 Konkorsi Letterarji 20th November, 2023 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2023 Festivals 20th October, 2023 Read More view all similar news
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More
Skambju letterarju waqt iċ-Ċerimonja tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef bejn Ali AlShaali u Murad Shubert Festivals 21st October, 2024 Read More
Għaliex għandek tikteb Novella: Sejħa għal Kittieba Maltin Konkorsi Letterarji 14th October, 2024 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2025 jiftaħ għal sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż Esportazzjoni letterarja 3rd September, 2024 Read More
Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2024 Konkors Nazzjonali tal-Poeżija 9th May, 2024 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi tal-KNK għall-2024: Id-dati ewlenin Esportazzjoni letterarja 24th January, 2024 Read More
Jitħabbar il-manuskritt rebbieħ tal-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ u titnieda l-edizzjoni tal-2024 Inizjattivi 13th January, 2024 Read More
Sejħa għal tradutturi letterarji – il-Premju tal-Commonwealth tan-Novelli 2024 Konkorsi Letterarji 20th November, 2023 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2023 Festivals 20th October, 2023 Read More