Home / News / Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 back to news Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ • Konkorsi Letterarji • Other 13th January, 2025 Il-manuskritt rebbieħ tal-Konkors ta’ Letteratura għaż-Żgħażagħ 2024 huwa ‘KRISTALLI TAS-SILĠ’, li kien sottomess minn Kirsten Spiteri u li tħabbar waqt ċerimonja speċjali fil-Bibljoteka Nazzjonali l-Belt nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Jannar. Il-konkors jittella’ b’ħidma bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) u Aġenzija Żgħażagħ. Iċ-ċerimonja kienet ippreżentata mill-awtur, liriċist u preżentatur televiżiv Lon Kirkop, li hu stess kien rebaħ dal-Konkors fl-2020 bil-manuskritt Mitt Elf Isem Ieħor: HappyVeganGirlJules, li mbagħad kien ippubblikat minn Merlin Publishers. Ir-rebbieħa tas-sena l-oħra, Leanne Ellul, qrat silta mill-manuskritt be;n il-kmiem li bħalissa jinsab fil-fażi tal-editjar, u wara kellha konverżazzjoni ma’ Kirkop li fiha tkellmu dwar l-importanza ta’ dan il-Konkors biex jixpruna aktar xogħlijiet f’dal-ġeneru letterarju. Irreferew ukoll għall-enfasi li jagħmel dal-Konkors fuq l-editjar tal-manuskritt rebbieħ. Ellul rebħet dal-Konkors darbtejn, bl-ewwel darba tkun fl-2014 bil-manuskritt Gramma. Attendew għaċ-ċerimonja l-Ministru tal-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Innovazzjoni u Riċerka, l-Onorevoli Clifton Grima u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, l-Onorevoli Keith Azzopardi Tanti. Fl-intervent tiegħu, il-Ministru Clifton Grima faħħar il-kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Aġenzija Żgħażagħ li tassigura li dal-Konkors jibqa’ jittella’ sena wara sena, “Jeżisti benefiċċju dirett mill-fatt li fuq l-ixkafef tagħna jkollna aktar kotba għaż-żgħażagħ – dan ifisser li ċ-ċans huwa akbar li ż-żgħażagħ ifittxu u jsibu xi ħaġa li tappella għalihom u li twessgħalhom ix-xefaq”. L-On. Grima rreaġixxa għall-qari minn silta tal-manuskritt ta’ Ellul – li fiha karattru jiddeskrivi u jiġġudika lill-ġirien skont id-dar u l-karozzi li għandhom – u qal li dan huwa eżempju tas-saħħa immersiva tal-finzjoni. Sostna li, “L-istorja tħeġġiġna nħarsu lil hinn minn dak li qed naqraw u naħsbu dwar x’jista’ jkun hemm wara l-grada ta’ dawn id-djar? X’tista’ timla aktar l-immaġinazzjoni tagħna?” Enfasizza wkoll dwar l-irwol tal-Konkors fit-tisħiħ tal-lingwa Maltija, “Irridu naħdmu flimkien biex ilsienna ma jitwarrabx, u dan ifisser li rridu naħdmu biex insaħħuh. Huwa għalhekk li daħħalna miżuri u inizjattivi fl-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni li jenfasizzaw mill-ġdid l-importanza tal-Malti bħala suġġett essenzjali. Barra minn hekk, bħalissa għaddej xogħol fl-iskejjel kollha bis-saħħa tal-programm Rimonta fil-Qari”. Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti żied jgħid li l-parteċipanti tal-Konkors qishom attivisti tal-lingwa Maltija, għax b’xogħolhom jassiguraw aktar xogħol bil-Malti li jiġbed iż-żgħażagħ lejh. Qal, ““Din l-inizjattiva tirrifletti l-impenn tagħna biex insaħħu liż-żgħażagħ permezz tal-qawwa tal-letteratura. Billi nrawmu l-imħabba għall-qari u nappoġġjaw lill-awturi Maltin, mhux biss qed nippreservaw il-lingwa unika tagħna, imma qed nispiraw lill-ġenerazzjoni li jmiss biex jesploraw orizzonti ġodda, joħolmu mingħajr limiti, u jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom.” Spiteri ngħata trofew, ċertifikat u premju monetarju ta’ €1,000, kif ukoll sussidju ta’ €3,000 li se jintużaw fil-pubblikazzjoni tar-rumanz ma’ dar tal-pubblikazzjoni tal-għażla tiegħu wara li jiffirma l-kuntratt tal-pubblikazzjoni. L-organizzaturi tal-konkors irringrazzjaw lill-membri tal-ġurija, li kienu Josianne Block, Matthew Schembri u Glen Calleja. Il-manuskritt rebbieħ intgħażel minn fost tliet sottomisjonjiet li ġew evalwati skont damma ta’ kriterji stabbiliti, fosthom l-iżvilupp tal-istorja u l-karattri, l-oriġinalità, il-lingwa, u l-kwalità. Waqt iċ-ċerimonja l-KNK u Aġenzija Żgħażagħ ġeddew uffiċjalment il-kollaborazzjoni tagħhom u nedew l-edizzjoni tal-Konkors għas-sena 2025, li se tkun qed tilqa’ s-sottomissjonijiet bejn il-21 ta’ Jannar u l-5 ta’ Settembru 2025 f’nofsinhar. L-applikazzjoni, il-kriterji u l-linji gwida jkunu aċċessibbli mis-sit tal-KNK u ta’ Aġenzija Żgħażagħ fid-data tal-ftuħ għas-sottomissjonijiet. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More Donazzjoni ta’ kotba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb lil Malta Libraries Inizjattivi 17th December, 2024 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Donazzjoni ta’ kotba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb lil Malta Libraries Inizjattivi 17th December, 2024 Read More