Home / News / Festivals, Fondi u Inizjattivi tal-KNK għall-2024: Id-dati ewlenin back to news Festivals, Fondi u Inizjattivi tal-KNK għall-2024: Id-dati ewlenin Esportazzjoni letterarja • Festivals • Fondi • Inizjattivi • Konkorsi Letterarji • London Book Fair • Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 24th January, 2024 Fid-19 ta’ Jannar 2024, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) tella’ l-Laqgħa Annwali ta’ Konsultazzjoni għall-Awturi u l-Pubblikaturi, li fiha tħabbru d-dati tal-avvenimenti u l-inizjattivi ewlenin għall-2024, fosthom il-mistenni Festival Nazzjonali tal-Ktieb u r-reviżjoni tad-dati tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Waqt il-laqgħa, il-KNK leħħen il-viżjoni tiegħu għat-tnax-il xahar li ġejjin waqt li ġabar kummenti u suġġerimenti siewja mill-imsieħba. Matul is-sena 2024, il-KNK se jkun qed jiżviluppa strateġija nazzjonali komprensiva. L-istrateġija se tindirizza l-isfidi ewlenin li qed taffaċċja l-industrija tal-pubblikazzjoni, u dawn se joħorġu fil-beraħ fin-numru ta’ laqgħat u sondaġġi li se jsiru mal-imsieħba matul din is-sena. Il-KNK se jiġbor id-dejta meħtieġa għat-tfassil ta’ objettivi għall-futur qrib flimkien ma’ politiki u programmi li jippromwovu t-tisħiħ tal-industrija tal-ktieb f’Malta. Id-dokument tal-istrateġija se jitnieda f’Diċembru 2024 u se jiddeskrivi b’mod ċar il-mixja u l-viżjoni għall-ġejjieni kemm tal-KNK kif ukoll tal-industrija lokali tal-pubblikazzjoni. Bħala parti mill-impenn tagħna biex nirrappreżentaw l-identità u l-missjoni tal-KNK permezz tal-immaġni tal-brand tiegħu, ittieħdu l-ewwel passi lejn it-tiġdid tal-logo tal-KNK. Flimkien ma’ xeħta ġdida lis-sit, it-tiġdid tal-immaġni tal-brand tal-KNK se tikkumplementa t-tnedija tad-dokument tal-istrateġija lejn l-aħħar tal-2024. Dis-sena, l-appuntament annwali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jkun mis-6 sat-10 ta’ Novembru. Il-post se jitħabbar wara li jitlesta l-proċess ta’ prokura pubblika meta jingħata t-tender. Mill-banda l-oħra, iċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb se ssir qabel il-festival fl-20 ta’ Settembru u fiha se jiġu ppremjati l-kategoriji tal-kotba għall-adulti kif ukoll dawk tal-Premju Terramaxka għat-tfal u l-adolexxenti. Id-dati riveduti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jirriflettu l-estensjoni tat-tieni fażi tal-aġġudikazzjoni li twassal għal-lista l-qasira. L-esportazzjoni letterarja hija vitali għall-industrija tal-kotba Maltija, u l-KNK iħabrek kontinwament sabiex iqabbad awturi lokali ma’ pubblikaturi barranin. Il-Kunsill kommess biex fl-2024 idomm numru ta’ kotba Maltin eleġibbli għat-traduzzjoni u pubblikazzjoni f’katalgu ta’ drittijiet ta’ barra, li se jiftaħ tieqa fuq il-letteratura kontemporanja Maltija lis-suq tal-pubblikazzjoni barrani. Dan il-katalgu se jitqassam f’kull fiera tal-kotba internazzjonali li se jattendi l-KNK fl-2024. Il-kalendarju għall-2024 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iwiegħed sena ta’ ċelebrazzjoni tal-letteratura Maltija kemm lokalment kif ukoll barra minn xtutna. B’ħeġġa niktbu dan il-kapitlu l-ġdid mal-imsieħba fl-industrija. IL-PREMJU NAZZJONALI TAL-KTIEB Ftuħ is-sejħa: it-13 ta’ Frar Għeluq is-sejħa: id-29 ta’ Frar Iċ-ċerimonja: l-20 ta’ Settembru Aktar informazzjoni hawnhekk. Ħarsa ħafifa: – 8 premji għall-adulti bejn kategoriji letterarji u ta’ riċerka, u 6 għat-Terramaxka (kotba għat-tfal u l-adolexxenti) – Konkors kompetittiv – Aġġudikazzjoni indipendenti Premi għal xogħlijiet oriġinali: €4,000 Premji għal traduzzjonijiet (Terramaxka biss): €2,000 Premji Speċjali: €4,000 Premji għall-pubblikaturi rebbieħa: €1,000 IL-FESTIVAL TAL-KTIEB FUQ IL-KAMPUS Dati: bejn l-20 u t-22 ta’ Marzu Applikazzjoni għall-esebituri: mit-12 sas-17 ta’ Jannar IL-FESTIVAL NAZZJONALI TAL-KTIEB Id-dati tal-Festival: mis-6 sal-10 ta’ Novembru Applikazzjoni għall-esebituri: mis-16 ta’ April sal-10 ta’ Mejju Aktar informazzjoni hawnhekk. IL-KONKORS TA’ LETTERATURA GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ Ftuħ is-sejħa: it-23 ta’ Jannar Għeluq is-sejħa: it-2 ta’ Settembru Iċ-ċerimonja: l-10 ta’ Jannar 2025 Aktar informazzjoni hawnhekk. IL-LONDON BOOK FAIR Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jirrappreżenta lill-awturi u pubblikaturi Maltin waqt il-London Book Fair, li se ssir bejn it-12 u l-14 ta’ Marzu. Ħarsa ħafifa: – inqajmu interess fil-kotba Maltin ma’ pubblikaturi u aġenti internazzjonali permezz ta’ katalgu ta’ drittijiet ta’ barra; – niltaqgħu ma’ kuntatti antiki u aġenziji letterarji ġodda sabiex niffaċilitaw ftehimiet ġodda; – intellgħu seminar u sessjonijiet ta’ qari sabiex nippromwovu l-letteratura Maltija ma’ qarrejja u pubblikaturi interessati. IL-KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA DOREEN MICALLEF Ftuħ is-sejħa: l-14 ta’ Mejju Għeluq is-sejħa: it-22 ta’ Lulju Aktar informazzjoni hawnhekk. Ħarsa ħafifa: L-ewwel premju: €1,000 It-tieni premju: €500 It-tielet premju: €200 – Aġġudikazzjoni indipendenti – Il-poeżiji evalwati anonimament – Konkors kompetittiv – Għal poeżiji bil-Malti li ma jaqbżux is-36 vers IL-FOND MALTI TAL-KTIEB Ftuħ is-sejħa: is-26 ta’ Marzu Għeluq is-sejħa: l-24 ta’ Mejju Tħabbir tar-riżultati: it-23 ta’ Lulju Aktar informazzjoni hawnhekk. Ħarsa ħafifa: Somma annwali: €120,000 Għotja massima: €500-€5,000 – Għal kotba fi stadju ta’ proġett (mhux ippubblikati) – Biex jitwieżnu pubblikazzjonijiet mhux kummerċjabbilment vijabbli – Biex iwieżen traduzzjonijiet mill-Malti u għall-Malti – Biex iwieżen ir-ripubblikazzjoni lokali ta’ kotba Maltin li m’għadekx issibhom fl-istampa – Biex iwieżen it-traduzzjoni ta’ siltiet minn kotba li jintużaw biex iqajmu l-interess ta’ pubblikaturi lokali u internazzjonali – Aġġudikazzjoni indipendenti JEDDIJIET TAS-SELF PUBBLIKU (PLR) Applikazzjonijiet milqugħa s-sena kollha Il-formola tal-applikazzjoni u aktar informazzjoni hawnhekk. Ħarsa ħafifa: Somma annwali: €60,000 Ħlas massimu f’sena: €5,000 – Għal awturi; koawturi; illustraturi u fotografi (50% jew aktar mill-kontenut); edituri – Ħlas maħruġ kull tliet xhur – Skema estiża għal kotba mislufa mil-Librerija tal-Università ta’ Malta (ISBNS lokali) – maħruġ kull sena – Fondi allokati għal kull perjodu li jinqasmu bil-perċentwal skont l-istatistika tas-self ISBN u ISMN Applikazzjonijiet milqugħa s-sena kollha Il-formola tal-applikazzjoni u aktar informazzjoni hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb – X’inhu xogħolna? – norganizzaw avvenimenti nazzjonali u internazzjonali, minn uħud żgħar sa oħrajn kbar: il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus; – naġixxu bħala aġenzija letterarja għall-awturi u l-pubblikaturi f’fieri tal-kotba barra minn Malta; – norganizzaw konkorsi letterarji; – namministraw il-ħlasijiet tal-jeddijiet tas-self pubbliku (PLR), u l-ISBN u l-ISMN; – nikkordinaw, niffaċilitaw, u nissussidjaw proġetti lokali u ta’ esportazzjoni letterarja (Il-Fond Malti tal-Ktieb); – namministraw fondi awdjoviżivi għal produzzjonijiet ta’ kotba relatati mal-letteratura SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 25th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 25th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More