Home / News / Il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2025 jiftaħ għal sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż Back to News Il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2025 jiftaħ għal sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż Esportazzjoni letterarja • Inizjattivi • Konkorsi Letterarji • Other 3rd September, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) iħabbar bi pjaċir it-tiġdid tal-kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Commonwealth għal edizzjoni oħra tal-Premju Commonwealth għan-Novelli 2025. Għat-tieni darba fuq xulxin, il-KNK qed iservi ta’ pont sabiex il-kittieba Maltin jissottomettu novella bil-lingwa nattiva tagħhom u jkunu megħjuna fit-traduzzjoni għall-Ingliż sabiex tiġi aġġudikata. Il-Premju Commonwealth għan-Novelli qed jilqa’ s-sottomissjonijiet sal-1 ta’ Novembru 2024. Il-konkors jinsab fl-erbatax-il sena tiegħu, u jippremja l-aħjar biċċa xogħol ta’ letteratura fittizja mhux ippubblikata bl-Ingliż jew tradotta għall-Ingliż (2,000–5,000 kelma). Kull sena jkun hemm ħames stejjer rebbieħa magħżula mill-ħames reġjuni tal-Commonwealth – l-Afrika, l-Ażja, il-Kanada u l-Ewropa, u l-Karibew u l-Paċifiku. Waħda minn dar-rebbieħa reġjonali tintgħażel bħala r-rebbieħa fuq kulħadd. Kull rebbieħ reġjonali jingħata premju monetarju ta’ £2,500, u r-rebbieħ fuq kulħadd £5,000. Kull storja rebbieħa tkun ippubblikata fuq il-fuljett letterarju Granta. Il-bord tal-aġġudikanti tal-Premju Commonwealth għan-Novelli 2025 huwa ċċerjat mill-kittieb u ċinematografiku Rotuman Dr Vilsoni Hereniko, rebbieħ ta’ bosta premji, flimkien ma’ aġġudikanti distinti oħra minn kull reġjun tal-Commonwealth. Il-finalisti jitħabbru f’April, ir-rebbieħa reġjonali f’Mejju, u r-rebbieħ fuq kulħadd f’Ġunju tal-2025. Il-kittieba minn Malta jistgħu jissottomettu n-novella tagħhom bil-Malti jew bl-Ingliż. Il-lista t-twila tas-sottomissjonijiet bil-Malti tkun tradotta għall-Ingliż sabiex tiġi aġġudikata mill-bord. Il-parteċipanti li se jdaħħlu xogħolhom bil-Malti jridu jispeċifikaw min hu t-traduttur tal-għażla tagħhom, jekk hemm bżonn, waqt il-proċess tal-applikazzjoni online. Il-konkors miftuħ għal persuni li għandhom 18-il sena jew aktar, u huwa b’xejn. Kull kittieb jista’ jissottometti xogħol wieħed biss. Ir-regolamenti u l-kriterji tal-eliġibbiltà ssibhom hawnhekk. Il-kittieba Maltin imħeġġin idaħħlu xogħolhom għall-Premju Commonwealth għan-Novelli 2025 sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Novembru, biex b’hekk jidħlu fiċ-ċans li jpoġġu l-letteratura Maltija fuq il-mappa dinjija. Żur is-sit tal-Premju Commonwealth għan-Novelli għal aktar informazzjoni. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More