Home / News / Il-KNK jitlob laqgħa mal-Ministru għall-Ekonomija u jtenni l-pożizzjoni tiegħu fuq id-Direttiva tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Awtur fis-Suq Uniku Diġitali Back to News Il-KNK jitlob laqgħa mal-Ministru għall-Ekonomija u jtenni l-pożizzjoni tiegħu fuq id-Direttiva tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Awtur fis-Suq Uniku Diġitali Inizjattivi • Jeddijiet Tas-Self Pubbliku • Other 20th August, 2020 Wara li t-talba tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal-laqgħa mal-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u l-Intrapriżi ż-Żgħar (MEIB) ma ntlaqgħetx, il-KNK qed jippubblika din l-istqarrija biex intennu l-pożizzjoni tagħna fuq id-Direttiva tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Awtur fis-Suq Uniku Diġitali. Minbarra ċ-ċentralità għall-iżvilupp intellettwali, kulturali u edukattiv tal-pajjiż, l-industrija tal-kotba hija wkoll kontributur nett għall-prodott gross domestiku tal-pajjiż. Huwa fatt magħruf li l-gvern bħalissa qed jieħu deċiżjonijiet ibbażati fuq l-interessi tal-imsieħba tan-negozju. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq ifakkar lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Onorevoli Silvio Schembri, li l-industrija tal-ktieb magħmula minn negozji li joħolqu xogħlijiet ta’ kwalità, u kull deċiżjoni mill-Ministeru li taffettwa lill-industrija tal-ktieb għandha tkun rifless tal-ħtiġijiet tal-istess industrija. It-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Awtur fis-Suq Uniku Diġitali se taffettwa l-aktar lill-industrija tal-pubblikazzjoni, u legalment il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-entità governattiva li tirrappreżenta l-pożizzjoni kollettiva tal-industrija fuq dal-livell. L-MEIB m’għandhiex xi tip ta’ leġittimità biex tittrasponi hi d-direttiva inkwistjoni. Barra minn hekk, il-KNK huwa entità fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, u allura huwa loġiku li dan il-Ministeru għandu jieħu r-riedni f’idejh biex jittrasponi d-direttiva. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iżid li l-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u l-Intrapriżi ż-Żgħar m’għandux il-kompetenza, l-esperjenza u l-informazzjoni meħtieġa biex imexxi d-direttiva, u għalhekk kull azzjoni unilaterali min-naħa tiegħu indubbjament se ssarraf negattivament fuq l-industrija tagħna. SHARE POST Related Articles Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More