Home / News / Il-KNK jitlob laqgħa mal-Ministru għall-Ekonomija u jtenni l-pożizzjoni tiegħu fuq id-Direttiva tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Awtur fis-Suq Uniku Diġitali Back to News Il-KNK jitlob laqgħa mal-Ministru għall-Ekonomija u jtenni l-pożizzjoni tiegħu fuq id-Direttiva tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Awtur fis-Suq Uniku Diġitali Inizjattivi • Jeddijiet Tas-Self Pubbliku • Other 20th August, 2020 Wara li t-talba tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal-laqgħa mal-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u l-Intrapriżi ż-Żgħar (MEIB) ma ntlaqgħetx, il-KNK qed jippubblika din l-istqarrija biex intennu l-pożizzjoni tagħna fuq id-Direttiva tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Awtur fis-Suq Uniku Diġitali. Minbarra ċ-ċentralità għall-iżvilupp intellettwali, kulturali u edukattiv tal-pajjiż, l-industrija tal-kotba hija wkoll kontributur nett għall-prodott gross domestiku tal-pajjiż. Huwa fatt magħruf li l-gvern bħalissa qed jieħu deċiżjonijiet ibbażati fuq l-interessi tal-imsieħba tan-negozju. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq ifakkar lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Onorevoli Silvio Schembri, li l-industrija tal-ktieb magħmula minn negozji li joħolqu xogħlijiet ta’ kwalità, u kull deċiżjoni mill-Ministeru li taffettwa lill-industrija tal-ktieb għandha tkun rifless tal-ħtiġijiet tal-istess industrija. It-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Awtur fis-Suq Uniku Diġitali se taffettwa l-aktar lill-industrija tal-pubblikazzjoni, u legalment il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-entità governattiva li tirrappreżenta l-pożizzjoni kollettiva tal-industrija fuq dal-livell. L-MEIB m’għandhiex xi tip ta’ leġittimità biex tittrasponi hi d-direttiva inkwistjoni. Barra minn hekk, il-KNK huwa entità fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, u allura huwa loġiku li dan il-Ministeru għandu jieħu r-riedni f’idejh biex jittrasponi d-direttiva. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iżid li l-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u l-Intrapriżi ż-Żgħar m’għandux il-kompetenza, l-esperjenza u l-informazzjoni meħtieġa biex imexxi d-direttiva, u għalhekk kull azzjoni unilaterali min-naħa tiegħu indubbjament se ssarraf negattivament fuq l-industrija tagħna. SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More