Home / Programme / ‘Prophet Song’: Kelma mal-Awtur Paul Lynch, Rebbieħ tal-Premju Booker – KNK – It-Teatru ‘Prophet Song’: Kelma mal-Awtur Paul Lynch, Rebbieħ tal-Premju Booker – KNK – It-Teatru 8th November, 2024 8:00 PM - 9:00 PM Il-KNK jippreżenta b’sodisfazzjon kbir wieħed mill-aktar fanali letterarji tal-mument: il-kittieb Irlandiż Paul Lynch. Lynch se jkun qed jitkellem ma’ Emma Mattei dwar it-temi ewlenin tiegħu u l-preokkupazzjonijiet li ġegħluh jikteb il-ħames rumanzi tiegħu – li wieħed minnhom, Prophet Song, rebaħ il-Premju Booker fl-2023. Titlifx daċ-ċans ta’ darba li tiltaqa’ ma’ vuċi letterarja rispettata immens. Paul Lynch huwa l-awtur ta’ ħames rumanzi. L-iktar rumanz riċenti tiegħu, Prophet Song, rebaħ il-Premju Booker 2023. Preċedentament huwa rebaħ il-Kerry Group Rumanz Irlandiż tas-Sena u l-Premju Prix Libr’à Nous ta’ Franza għall-Aqwa Rumanz Barrani, fost premji oħra. Huwa kien finalist ta’ ħafna premjijiet internazzjonali, li jinkludu l-Premju Walter Scott (Renju Unit), il-Premju Ewropew Strega (Italja), il-Prix du Meilleur Livre Étranger (Franza) u l-Premju Jean Monnet għal Letteratura Ewropeja. Fl-2024 inħatar Distinguished Writing Fellow mill-Università ta’ Maynooth u ġie elett fl-Aosdána, l-akkademja Irlandiża għall-arti li tonora awturi distinti. Il-kotba tiegħu ġew tradotti f’iktar minn 30 lingwa. Emma Mattei hija ġurnalista independenti fil-qasam tal-arti u l-kultura, programmatriċi tal-films u kuratriċi. Hija l-kofundatriċi tal-Kinemastik NGO (2004, Malta), u d-Direttur tal-Programm tal-Kinemastik International Short Film Festival. Hija waqqfet Uncommon Guide Books fl-2011, u ppubblikat edizzjonijiet f’Malta, Stokkolma, Londra, Dubai u l-Kajr. Fl-2024, hija ffurmat parti mit-tim ta’ kuraturi tal-biennale inawgurali tal-arti kontemporanja f’Malta. Emma taħdem ukoll bħala Ekonomista tad-Dar u Stilista tal-Ikel għall-pubblikazzjonijiet, televixin u l-films. Il-parteċipazzjoni ta’ Lynch qed isseħħ ukoll bl-għajnuna tal-Ambaxxata Irlandiża f’Malta. SHARE POST Similar Posts Eħlisna mid-Deni: A taste of Karl Schembri’s explosive new novel – Merlin Publishers – Is-Sala tal-Qarrejja 🇲🇹 9th November, 2025 6:00 PM - 7:00 PM Read More Lejla ma’ Jeff VanderMeer: Intervista u ffirmar ta’ kotba – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 8th November, 2025 7:00 PM - 8:00 PM Read More Bejn il-Qoxra: Il-Malta University Press u l-awturi tagħha – Malta University Press (MUP) – Is-Sala tal-Qarrejja 🇬🇧/🇲🇹 8th November, 2025 4:00 PM - 5:00 PM Read More Irfina l-Pitch Tiegħek għall-Katalgu tad-Drittijiet ta’ Barra: Workshop minn Simon Trewin – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 8th November, 2025 12:30 PM - 1:30 PM Read More Kif Taħdem ma’ Edituri Professjonali: Workshop minn Ann VanderMeer – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹/🇬🇧 8th November, 2025 10:30 AM - 12:00 PM Read More Lejla ma’ Samantha Harvey: Intervista u ffirmar ta’ kotba – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 7th November, 2025 7:00 PM - 8:00 PM Read More F’Konverżazzjoni ma’ Iris Wolff: Ir-rumanz tagħha Lichtungen u t-traduzzjoni għall-Malti – Dept. of German (University of Malta), German-Maltese Circle & Horizons – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 7th November, 2025 5:30 PM - 7:00 PM Read More Niktbu Finzjoni Immaġinattiva: Masterclass minn Jeff VanderMeer – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 6th November, 2025 7:00 PM - 8:30 PM Read More L’editoria indipendente in Italia oggi – Istituto Italiano di Cultura – Is-Sala tal-Qarrejja 10th November, 2024 5:00 PM - 6:00 PM Read More