Home / News / Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra 2017 Back to News Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra 2017 Other 13th February, 2017 13/02/2017 Stqarrija għall-Istampa: Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra 2017 organizzat mill-KNK Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir iħabbar li għadhom kif fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra 2016. Dan il-konkors huwa miftuħ għal kumpaniji li jagħmlu films qosra bil-Malti ta’ bejn kwarta u għoxrin minuta msejsa fuq novella Maltija ppubblikata. Biex japplika, it-tim irid jissottometti script kif ukoll pjan tal-proġett li jinkludi rendikont finanzjarju. Il-proposta magħżula tirċievi €20,000 bħala finanzjament mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), li jinkludu spejjeż ta’ loġistika, dawl, eċċ. Il-KNK se jalloka wkoll għotja ta’ €1000 lill-awtur tan-novella oriġinali bħala kumpens għall-użu tal-istorja tiegħu. Ir-rebbieħ tal-konkors jiġi deċiż minn bord ta’ aġġudikazzjoni kompost minn ġurija maħtura mill-KNK. Matul il-perjodu tal-produzzjoni, it-tim irid iżomm kuntatt mal-KNK biex ikun żgurat li l-proġett qed jiżviluppa skont il-proposta u skont il-kriterji u r-regoli tal-applikazzjoni. Applikazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati lil Joe Debattista sat-30 ta’ Marzu 2017 fuq joe.debattista@gov.mt jew f’dan l-indirizz: Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Librerija Pubblika Ċentrali, Triq Prof. J. Mangion, il-Furjana FRN 1800, Malta. Għal aktar informazzjoni dwar ir-regolamenti, kriterji u formoli ta’ applikazzjoni żuru s-sit tal-KNK: https://ktieb.org.mt/?page_id=1071&lang=mt *** SHARE POST Related Articles Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More view all similar news
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More