Home / News / Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra 2017 Back to News Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra 2017 Other 13th February, 2017 13/02/2017 Stqarrija għall-Istampa: Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra 2017 organizzat mill-KNK Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir iħabbar li għadhom kif fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra 2016. Dan il-konkors huwa miftuħ għal kumpaniji li jagħmlu films qosra bil-Malti ta’ bejn kwarta u għoxrin minuta msejsa fuq novella Maltija ppubblikata. Biex japplika, it-tim irid jissottometti script kif ukoll pjan tal-proġett li jinkludi rendikont finanzjarju. Il-proposta magħżula tirċievi €20,000 bħala finanzjament mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), li jinkludu spejjeż ta’ loġistika, dawl, eċċ. Il-KNK se jalloka wkoll għotja ta’ €1000 lill-awtur tan-novella oriġinali bħala kumpens għall-użu tal-istorja tiegħu. Ir-rebbieħ tal-konkors jiġi deċiż minn bord ta’ aġġudikazzjoni kompost minn ġurija maħtura mill-KNK. Matul il-perjodu tal-produzzjoni, it-tim irid iżomm kuntatt mal-KNK biex ikun żgurat li l-proġett qed jiżviluppa skont il-proposta u skont il-kriterji u r-regoli tal-applikazzjoni. Applikazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati lil Joe Debattista sat-30 ta’ Marzu 2017 fuq joe.debattista@gov.mt jew f’dan l-indirizz: Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Librerija Pubblika Ċentrali, Triq Prof. J. Mangion, il-Furjana FRN 1800, Malta. Għal aktar informazzjoni dwar ir-regolamenti, kriterji u formoli ta’ applikazzjoni żuru s-sit tal-KNK: https://ktieb.org.mt/?page_id=1071&lang=mt *** SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More