Home / News / Għotjiet għat-Traduzzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura Back to News Għotjiet għat-Traduzzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura Other 4th August, 2017 L-għotjiet għat-traduzzjoni tal-Culture Export Fund (CEF), li huma ġestiti u mqassma mill-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura, għandhom l-għan li jżidu l-viżibbiltà tal-letteratura Maltija fuq pjattaformi internazzjonali billi joffru fondi għal proġetti ta’ traduzzjoni ta’ manuskritti bil-Malti f’lingwi oħra. L-għotjiet huma maħsuba biex ikopru t-tariffi tat-tradutturi u tar-reviżuri u jistgħu jkopru sa 100% ta’ dawn l-ispejjeż. Il-jeddijiet għat-traduzzjoni, l-istampar u l-promozzjoni mhumiex koperti mill-għotjiet. Applikanti eliġibbli jistgħu jkunu individwi bbażati f’Malta, pubblikaturi reġistrati Malta jew pubblikaturi barranin. Kull għotja, li għandha fond massimu ta’ 5000 ewro, tista’ tingħata lil proġetti li jinvolvu t-traduzzjoni ta’ manuskritti Maltin f’oqsma differenti tal-letteratura bħal letteratura fittizja, poeżija, drama, bijografiji, kotba ta’ referenza li jiffukaw fuq kultura u arti u rumanzi grafiċi. L-għotjiet huma miftuħin ukoll għal proġetti ta’ traduzzjoni permezz ta’ surtitling u supertitling ta’ skripts ta’ drama tat-televiżjoni, skripts tal-films, skripts ta’ animazzjoni, dokumentarji kreattivi miktuba u / jew prodotti minn kumpaniji awdjoviżivi bbażati f’Malta u / jew xandar Malti. Ix-xogħol irid ikun diġà ġie mxandar. Il-fond huwa kompetittiv u kull proposta li tissodisfa l-kriterji tal-eliġibbiltà se tkun evalwata skond kriterji stabbiliti minn bord indipendenti ta’ evalwazzjoni. Sabiex il-proċess ikun trasparenti kemm jista’ jkun, rapport iddettaljat bin-numru ta’ punti li ntgħataw lill-proġett għal kull kriterju huwa disponibbli għall-kandidat interessat wara l-pubblikazzjoni tar-riżultati. Hemm tliet kriterji ewlenin ta’ għażla: il-kwalità tal-proġett propost Id-distribuzzjoni tal-Ktieb lil hinn minn Malta Il-ġestjoni professjonali u finanzjarja tal-proġett. Dawk interessati japplikaw għandhom jistudjaw dawn il-kriterji fid-dettall fil-Linji Gwida tal-Fond fuq is-sit tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura. L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu mhux iktar tard mit-18 ta’ Ottubru 2017. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħeġġeġ bil-qawwa lill-kittieba, it-tradutturi u l-pubblikaturi kollha biex imexxu b’proġetti tat-traduzzjoni pendenti u japplikaw għall-finanzjament issa. Din hija opportunità kbira li m’għandhiex tintilef. SHARE POST Related Articles Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More