Home / News / Għotjiet għat-Traduzzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura back to news Għotjiet għat-Traduzzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura Other 4th August, 2017 L-għotjiet għat-traduzzjoni tal-Culture Export Fund (CEF), li huma ġestiti u mqassma mill-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura, għandhom l-għan li jżidu l-viżibbiltà tal-letteratura Maltija fuq pjattaformi internazzjonali billi joffru fondi għal proġetti ta’ traduzzjoni ta’ manuskritti bil-Malti f’lingwi oħra. L-għotjiet huma maħsuba biex ikopru t-tariffi tat-tradutturi u tar-reviżuri u jistgħu jkopru sa 100% ta’ dawn l-ispejjeż. Il-jeddijiet għat-traduzzjoni, l-istampar u l-promozzjoni mhumiex koperti mill-għotjiet. Applikanti eliġibbli jistgħu jkunu individwi bbażati f’Malta, pubblikaturi reġistrati Malta jew pubblikaturi barranin. Kull għotja, li għandha fond massimu ta’ 5000 ewro, tista’ tingħata lil proġetti li jinvolvu t-traduzzjoni ta’ manuskritti Maltin f’oqsma differenti tal-letteratura bħal letteratura fittizja, poeżija, drama, bijografiji, kotba ta’ referenza li jiffukaw fuq kultura u arti u rumanzi grafiċi. L-għotjiet huma miftuħin ukoll għal proġetti ta’ traduzzjoni permezz ta’ surtitling u supertitling ta’ skripts ta’ drama tat-televiżjoni, skripts tal-films, skripts ta’ animazzjoni, dokumentarji kreattivi miktuba u / jew prodotti minn kumpaniji awdjoviżivi bbażati f’Malta u / jew xandar Malti. Ix-xogħol irid ikun diġà ġie mxandar. Il-fond huwa kompetittiv u kull proposta li tissodisfa l-kriterji tal-eliġibbiltà se tkun evalwata skond kriterji stabbiliti minn bord indipendenti ta’ evalwazzjoni. Sabiex il-proċess ikun trasparenti kemm jista’ jkun, rapport iddettaljat bin-numru ta’ punti li ntgħataw lill-proġett għal kull kriterju huwa disponibbli għall-kandidat interessat wara l-pubblikazzjoni tar-riżultati. Hemm tliet kriterji ewlenin ta’ għażla: il-kwalità tal-proġett propost Id-distribuzzjoni tal-Ktieb lil hinn minn Malta Il-ġestjoni professjonali u finanzjarja tal-proġett. Dawk interessati japplikaw għandhom jistudjaw dawn il-kriterji fid-dettall fil-Linji Gwida tal-Fond fuq is-sit tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura. L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu mhux iktar tard mit-18 ta’ Ottubru 2017. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħeġġeġ bil-qawwa lill-kittieba, it-tradutturi u l-pubblikaturi kollha biex imexxu b’proġetti tat-traduzzjoni pendenti u japplikaw għall-finanzjament issa. Din hija opportunità kbira li m’għandhiex tintilef. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More