Home / News / ‘Il-Kotba Jieħdu l-Ħajja’ waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019 Back to News ‘Il-Kotba Jieħdu l-Ħajja’ waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019 Festivals • Other 26th August, 2019 Id-duo komiku popolari Danusan u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb reġgħu għal darb’oħra ħadmu flimkien biex jittellgħu xows bil-għan li jiġu ċċelebrati l-kotba u l-qari. Dawn ix-xows huma eċċellenti għall-familji bit-tfal, għax waqt li jgħallmu tistgħu tistennew siegħa u nofs ta’ daħk u divertiment. Id-Danusan se jkunu qed jippreżentaw bil-mod uniku tagħhom xows li juru l-importanza tal-qari, u t-testi li se jużaw bħala bażi se jkunu kotba li jkunu għadhom kif rebħu l-Premju Terramaxka għat-Tfal 2019. Il-kotba rebbieħa jitħabbru waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb fil-5 ta’ Novembru. ‘Il-Kotba Jieħdu l-Ħajja’ se jinżammu fir-Republic Hall, Dar il-Mediterran, u l-biljetti għat-tliet xows (il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru fit-8pm, is-Sibt 9 ta’ Novembru fis-7pm u l-Ħadd 10 ta’ Novembru fit-3pm) issa huma disponibbli għall-bejgħ fuq is-sit tal-MCC u showshappening.com . Il-biljetti jibdew minn 5€. Ejja x-xow u meta tippreżenta l-biljett mal-bieb tingħata vawċer ta’ 3€ li tista’ ssarrfu għand kwalunkwe eżebitur li se jkun hemm waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ixtri l-biljett tiegħek minn hawnhekk. Żur ukoll il-paġna tal-Facebook tal-KNK u l-paġna tal-avveniment tal-MBF biex issir taf aktar dwar dan u avvenimenti oħra. Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019 huma: L-Erbgħa 6 ta’ Novembru: 09: 00–13: 00, 17: 30–21: 30 Il-Ħamis 7 ta’ Novembru: 09: 00–13: 00, 17: 30–21: 30 Il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru: 09: 00–13: 00, 17: 30–22: 00 Is-Sibt 9 ta’ Novembru: 09: 30–22: 30 Il-Ħadd 10 ta’ Novembru: 08: 30–20: 00 Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran(MCC), Triq Triq l-Isptar, Valletta, VLT 1645 SHARE POST Related Articles Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More