Home / News / Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus Back to News Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Other 7th March, 2017 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Università bi pjaċir iħabbru li qed jorganizzaw ir-raba’ edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, li se jsir fl-4-5-6 ta’ April 2017. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma: mill-10:00 sat-15:00 u mill-17:00 sa tard. Dan il-Festival jagħti lok lill-pubblikaturi u d-distributuri Maltin jippromovu l-materjal tagħhom ma’ udjenza matura, bħall-istudenti universitarji. Minbarra l-bejgħ ta’ kotba jkun hemm ukoll programm varjat ta’ attivitajiet, bl-għan li l-letteratura nippromovuha fis-sħuħija tagħha, u mhux biss bħala prodott li jinxtara. Għal dan il-għan isir ħafna ħidma ma’ organizzazzjonijiet u individwi minn oqsma differenti tax-xena kulturali tal-pajjiż sabiex il-programm ikun wieħed varjat u miftuħ għall-interessi differenti ta’ membri tal-pubbliku. Il-mistiedna speċjali tal-Festival hija Caroline Smailes. Smailes hija awtriċi rinomata ta’ diversi kotba, fosthom ‘In Search of Adam’ li kien ippubblikat fl-2007 ma’ The Friday Project/HarperCollins. Rumanzi oħra li kitbet huma ‘Like Bees to Honey’, ’99 Reasons Why’, u ‘The Drowning of Arthur Braxton’ li bħalissa qed jinħadem f’film. Caroline Smailes, li għandha parentela Maltija, twieldet Newcastle u studjat il-kitba kreattiva. Matul il-festival, Smailes ser tmexxi numru ta’ workshops fuq it-tema ta’ kitba kreattiva, kif ukoll se jkollha attività fejn ser jinqraw siltiet minn xogħolha u membri tal-pubbliku ser ikunu jistgħu jitkellmu magħha direttament. Fost attivitajiet oħra, se jkun hemm intervisti ma’ awturi, mużika lokali, films marbuta ma’ xogħlijiet letterarji, diskussjonijiet dwar il-lingwa, dawriet iggwidati mal-Biblijoteka tal-Università, u għadd ta’ kollaborazzjonijiet ma’ għaqdiet oħra, fosthom għaqdiet studenteski. Il-programm sħiħ joħroġ fil-jiem li ġejjin, u l-pubbliku jista’ jsegwi l-aħħar aġġornamenti mill-attività fuq Facebook. Il-pubblikaturi u d-distributuri li se jkunu preżenti huma HORIZONS, FARAXA BOOKS, SENSIELA KOTBA SOĊJALISTI (SKS), STUDENTS PHILOSOPHICAL SOCIETY, EDE, KOTBA CALLEJA, u BDL. Uħud minn dawn il-pubblikaturi u d-distributuri se jkunu qed jorganizzaw ukoll xi attivitajiet. Ikun hemm ukoll stand tal-organizzaturi, jiġifieri tal-Għaqda tal-Malti – Università u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, minn fejn wieħed ikun jista’ jikseb aktar tagħrif. Għal iktar tagħrif jew intervisti iktbu lil John Grech fuq john.f.grech@gov.mt jew lil Leanne Ellul fuq ghaqdatalmalti@gmail.com. Membri tal-pubbliku huma mħeġġa jerfgħu d-dati u l-ħininjiet tal-festival sabiex ikunu żguri li jistgħu iżuru l-attivitajiet li ġew imħejja għalihom. SHARE POST Related Articles Ħareġ it-43 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 8th October, 2025 Read More Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More view all similar news
Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More